Left arrow Mur Lura

LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-EKONOMIJA U L-FINANZI TAL-UNJONI EWROPEA

pr0712
Date Icon 09/04/2011

Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Tonio Fenech, attenda għall-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ekonomija u l-Finanzi li sar ġewwa Budapest, l-Ungerija.

Id-diskussjoni waqt il-laqgħa tal-Ministri ta’ l-Ekonomija u l-Finanzi taż-Żona Ewro kienet konċentrata dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-Portugall, u t-talba ta’ dan il-pajjiż għal pakkett ta’ għajnuna finanzjarja mill-Faċilità Ewropea għall-Istabilità Finanzjarja u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Filwaqt li l-Ministri preżenti ħadu nota ta’ din it-talba, infetħet it-triq sabiex fil-jiem li ġejjin tinbeda analiżi dettaljata dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja tal-Portugall, u diskussjonijiet dwar il-pakkett ta’ aġġustament li jista’ jkun hemm bżonn sabiex titjieb l-istabilità ekonomika u finanzjarja f’dan il-pajjiż.

Matul il-laqgħa ġew diskussi wkoll l-aħħar żviluppi ekonomiċi u finanzjarji fiż-Żona Ewro u lil hinn, u ttieħed rendikont tal-progress li sar fit-twettieq tal-Programm ta’ Tisħiħ fil-governanza ekonomika u finanzjarja ta’ l-Unjoni Ewropea. F’dan il-kuntest ingħatat ħarsa, ukoll, lejn il-preparamenti li qegħdin isiru sabiex għadd ta’ banek Ewropej isirulhom stress tests ġodda sabiex tiġi mħarsa s-saħħa u l-istabilità bankarja fl-Ewropa.

Fil-kuntest tad-diskussjoni dwar il-qagħda ekonomika, il-Ministri tal-Finanzi wrew it-tħassib tagħhom dwar iż-żidiet fil-prezzijiet tal-komoditajiet, u primarjament dak taż-żejt. Dawn il-prezzijiet qed joħolqu pressjonijiet ġodda fuq l-ispiża għall-produzzjoni, u anke fil-prezzijiet, inkluz dawk ta’ l-oġġetti u s-servizzi għall-konsum. Ġie nnotat ukoll li, apparti li l-prezz dejjem tiela’ taż-żejt qed jikkawża żieda fl-inflazzjoni, dan qiegħed ukoll ikun ta’ theddida għall-istabilità u t-tkabbir ekonomiku. F’dan il-kuntest, il-Gvern Malti jaqbel mar-regolamentazzjoni aħjar tas-swieq, suġġett li qiegħed jiġi diskuss, ukoll, mill-G20.

Għal din il-laqgħa, il-Ministru Tonio Fenech kien akkumpanjat mill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Michael C. Bonello, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow