L-ASSOĊJAZZJONI TAL-LIBRARA F’LAQGĦA MAL-MINISTRU CRISTINA
L-Assoċjazzjoni tal-Librara Maltin kellha laqgħa mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, li matulha l-Ministru kienet ippreżentata bil-ktieb “A Mosaic of Library and Archive Practice in Malta”, pubblikazzjoni tal-istess Assoċjazzjoni.
Matul din l-laqgħa, id-delegazzjoni tal-Malta Library and Information Association (MaLIA) li kienet immexxija minn Lawrence Zammit, President tal-Assoċjazzjoni, iddiskutiet il-ħidma tal-librara u l-possibbiltà ta’ aktar opportunitajiet għal-librara kemm f’dak li hu xogħol kif ukoll possibiltajiet ta’ studju.
L-Assoċjazzjoni esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Libreriji li bħalissa qed ikun diskuss fil-Parlament.
Il-Ministru Cristina filwaqt li rringrazzjat lill-Assoċjazzjoni għall-ħidma tagħha, wegħdet li kienet se tiddiskuti mal-università u d-Direttorati tal-Edukazzjoni xi proposti mressqa mill-Assoċjazzjoni.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en