KONFERENZA INTERPARLAMENTARI DWAR IS SETTUR AGRIKOLU F’BUDAPEST
Il Membru Parlamentari Philip Mifsud, Assistent Parlamentari fi ħdan il Ministeru għar Riżorsi u l Affarijiet Rurali, flimkien mal Membru Parlamentari Anthony Agius Decelis, Kelliem tal Oppożizzjoni għall Biedja u s Sajd, attendew konferenza li ġiet organizzata f’Budapest mill Parlament tal Ungerija, li bħalissa għandha l Presidenza tal Unjoni Ewropea. Il konferenza nżammet bejn il 31 ta’ Marzu u t 2 ta’ April u kienet tittratta s settur agrikolu.
Fost is suġġetti li ġew diskussi kien hemm il kunċett tal Politika Agrikola Komuni (CAP) kif ukoll il produzzjoni ta’ prodotti agrikoli li jkunu modifikati ġenetikament.
Id delegazzjoni Maltija enfasizzat li l karatteristiċi partikolari u uniċi tas settur agrikolu lokali hu żvantaġġjat, primarjament minħabba ċ ċokon tiegħu kif ukoll minħabba n nuqqas ta’ ilma li għandha Malta. F’dan il kuntest Malta ma taqbilx mal prinċipju ta’ ‘one size fits all’ iżda tinsisti li s CAP għandha toffri soluzzjonijiet differenti għal problemi differenti li jkunu ġejjin minn Stati Membri differenti.
Suġġett ieħor diskuss kien is Sigurtà tal Ikel. F’dan il kuntest, id delegazzjoni Maltija saħqet li anke hawn, Malta jista’ jkollha problemi akbar minn pajjiżi oħra u dan minħabba l fatt li Malta hi gżira u allura tbati minn insularità.
Il Konferenza kkonkludiet li s CAP għadha relevanti u li għandha tibqa’ tiġi aġġornata sabiex twieġeb għall bżonnijiet tal lum kif ukoll billi toffri l istess opportunitajiet lill bdiewa ta’ Stati Membri differenti irrispettivament minn liema stat membru jkunu ġejjin.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en