Left arrow Mur Lura

WIRJA TA’ ABBOZZI TAĦT L-ISKEMA ARTI FIT-TOROQ

pr0696
Date Icon 08/04/2011

64 artisti Għawdxin, Maltin, kif ukoll barranin li joqogħdu fil-gżejjer Maltin ipparteċipaw fl-Iskema Arti fit-Toroq bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni tal-viżjoni eko-Għawdex, billi ssottomettew 120 abbozz ta’ xogħlijiet ta’ arti, proposti li jsiru f’qisien akbar f’diversi postijiet pubbliċi mxerrda ma’ Għawdex kollu.

L-abbozzi kollha qed jiġu esebiti fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, f’wirja li ġiet inawgurata lbieraħ filgħaxija mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Filwaqt li rringrazzjat lill-artisti kollha li ħadu sehem, il-Ministru Debono esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għar-rispons pożittiv kemm fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità tax-xogħlijiet ippreżentati. Hija spjegat kif din l-iskema tinkwadra ma’ proposti oħra li qegħdin jittieħdu mill-Ministeru għal Għawdex fl-impenn tiegħu fit-twettieq tal-pjan ta’ azzjoni dwar eko-Għawdex.

Il-Ministru Debono żiedet tgħid li dawn ix-xogħlijiet ser iżejnu postijiet pubbliċi f’Għawdex, postijiet popolari u oħrajn inqas popolari, biex b’hekk l-Għawdxin u dawk kollha li jżuru l-gżira jkollhom l-opportunità li jgawdu xogħlijiet tal-arti, mhux aktar bejn l-erba’ ħitan ta’ mużew, iżda fil-beraħ u fl-ispazji pubbliċi. Hija sostniet li l-ħsieb wara din l-iskema huwa li jiġu kkummissjonati xogħlijiet tal-arti li jirriflettu ż-żminijiet tal-lum u b’hekk Għawdex isir mużew fil-miftuħ tal-arti kontemporanja ta’ pajjiżna. L-Onor. Giovanna Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jikteb paġna importanti fl-istorja tal-arti fil-gżejjer Maltin, b’mod partikolari għal Għawdex.

L-Iskema Arti fit-Toroq tnediet f’Diċembru li għadda bħala l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’Malta bil-għan li jiġi promoss is-settur tal-kreattività filwaqt li tgħin biex il-gżira ssir dejjem aktar attraenti. Il-120 abbozz ġew sottomessi mill-artisti rispettivi bejn il-21 u l-25 ta’ Frar 2011 skont normi stabbiliti mill-istess skema.

Il-wirja ser tibqa miftuħa sal-1 ta’ Mejju 2011 meta mbagħad jibda l-proċess tal-għażla tax-xogħlijiet li finalment ser ikunu realizzati biex ikomplu jsebbħu u jikkumplimentaw l-inħawi storiċi u rurali tal-gżira ta’ Għawdex. L-għażla tal-proposti ser issir minn Kumitat ta’ persuni esperti fil-qasam tal-arti li nħatar apposta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow