Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-PERIT KARM MIFSUD BORG, DIRETTUR ĠENERALI RESPONSABBLI MILL-UFFIĊĊJU TAR-REGOLAMENT TAL-BINI FIL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr0695
Date Icon 08/04/2011



B’referenza għall-istqarrija tal-Onor. Leo Brincat

B’riferenza għall-istqarrijja li nħarget mill-Oppożizzjoni permezz tal-Onorevoli Leo Brincat dwar l-Energy Performance Certificates irid ikun ippreċiżat li r-raġuni għalfejn l-assessuri ntalbu jieqfu milli joħorġu ċertifikati hija totalment differenti mir-raġuni li pprova  jimplika l-Onor. Leo Brincat.

Kif wieħed jista’ jara mill-avviż li l-Onor. Brincat ippublika mal-istqarrija tiegħu, l-avviż kien jgħid li d-Dipartiment kien qed jagħmel review iġifieri li kien qed janalizza l-metodologija li kienet qed tintuża.  

L-Onor. Brincat żbalja wkoll għax mhux minnu li l-Gvern kien qiegħed iġiegħel lill-assessuri tiegħu jħaddmu s-software b'metodi żbaljati meta joħorġu Ċertifikati tal-Enerġija fuq il-Bini.   L-assessuri ta’ dawn iċ-ċertifikati mhumiex impjegati mill-Gvern iżda huma professjonisti indipendenti u l-metodi li kienu qed ikunu użati mhumiex żbaljati.

L-għan tal-EPC hu li jipprovdi kejl standardizzat tal-użu tal-enerġija fil-bini taħt kundizzjonijiet predeterminati li jkunu mdaħħla fil-metodologija.  Għalhekk f’dar li fiha ma jkunx ġie installat jew indikat li ser ikun installat xi tip ta’ apparat biex isaħħan jew ikessaħ, il-metodoloġija tistipula li l-assessuri jassumu li ser jintużaw electric heaters u split type air conditioners, li jirrapreżentaw l-agħar tip ta’ apparat għat-tisħin jew tkessiħ tad-djar. Din l-għażla għandha l-effett li d-domanda għall-użu tal-enerġija fl-istaġun tax-xitwa għandha predominanza fuq id-domanda fis-sajf. Dan ifisser ukoll li jekk assessur jagħmel rakkomandazzjoni biex jinbidel xi element fil-bini, bħal per eżempju t-tip ta’ ħġieġ, mingħajr ma jkun għamel evalwazzjoni dettaljata tal-effett li din il-bidla jista’ jkollha fuq ir-rendiment ta’ dik il-binja, ir-riżultat tar-rendiment jista’ fil-fatt ikun agħar minn qabel. Fil-fatt hekk ġralu l-assessur li għadda l-informazzjoni lill-Onorevoli Brincat fit-Times of Malta.

Għalhekk hu importanti li qabel ma assessur jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar kif  jista’ jkun hemm titjib fir-rendiment tal-bini għandu jkun ċert li jkun ħa in konsiderazzjoni l-elementi kollha bħall-kwalità tal-qafas ta' barra tal-bini abbażi tal-orjentazzjoni tal-bini, kif ukoll is-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ li jkunu jridu jiġu installati.

Id-Dipartiment irid jiċċara li wara li saret l-evalwazzjoni neċessarja bejn l-esperti tal-Gvern u l-konsulenti li kienu żviluppaw il-metodoloġija u s-software kien deċiż li  se jinħarġu struzzjonijiet lill-assessuri biex ikomplu joħorġu ċ-ċertifikati mill-aktar fis bl-istess metodoloġija li kienet qed tintuża.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow