STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Iż-żieda għat-turiżmu kienet ir-riżultat ta’ investiment akbar mill-Ministeru tal-Finanzi fir-reklamar ta’ pajjiżna u fir-rotot minn u lejn pajjiżna
Is-sena li għaddiet, minkejja li l-Ewropa kienet għadha fil-qalba ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali bla preċedent, fejn il-qgħad f’bosta pajjiżi Ewropej kompla jikber filwaqt li l-konsum jonqos, pajjiżna esperjenza sena rekord fit-turiżmu, il-qgħad naqas u l-ekonomija Maltija kibret.
Fl-istqarrija tagħha tal-lum, l-MHRA tgħid li ż-żidiet fil-wasliet tat-turisti huwa riżultat prinċiparjament ta’ rotot ġodda mir-Ryanair, żidiet mill-Easyjet, u minn strateġija aktar pro-attiva mill-Awtorita Maltija tat-Turiżmu. Dawn iż-żewġ fatturi jirriżultaw minn investiment qawwi min-naħa tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, mit-taxxi tal-poplu, li investa bis-saħħa fil-baġit tar-reklamar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, kif ukoll f’investiment dirett biex il-linji tal-ajru low cost iżidu r-rotot tagħhom lejn Malta. L-impenn tal-Gvern, budget wara l-iehor, favur l-industrija tat-turizmu, hu car, kontinwu u kostanti. Mhux hekk biss, meta l-Gvern hass f’nofs sena li kien hemm bzonn jinvesti aktar fit-turizmu biex jizdiedu t-turisti f’pajjizna dan ghamlu.
L-MHRA, hi wkoll konxja, li linji tal-ajru bħal RyanAir u EasyJet iżidu t-titjiriet lejn pajjiżna għax il-Gvern iżid l-allokazzjoni tiegħu biex dan ikun possibbli.
L-allokazzjoni mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi għal vot finanzjarju tal-MHRA żdiedet minn €24.6 miljun fl-2008 għal €35 miljun din is-sena, żieda ta’ aktar minn għaxar miljun Ewro jew 40%.
Dan huwa xhieda ċara tal-impenn tal-Ministru Tonio Fenech lejn is-settur tat-turiżmu ta’ pajjiżna.
Barra mill-għajnuna diretta lis-settur, tajjeb li jitfakkar li aktar turisti jagħżlu pajjiżna grazzi għall-investiment sostanzjali u kontinwu li qed jintefqu fit-tisbiħ u l-irranġar tal-prodott turistiku bi proġetti bħal Bieb il-Belt, Pjazza San Ġorġ, Pjazza Sant’ Anna, tisbiħ f’numru ta’ żoni turistiċi differenti u r-restawr ta’ sitt kilometri ta’ swar, fost oħrajn. Dan kollu jgħin biex mhux biss iġib lejn pajjiżna aktar turisti iżda turisti ta’ kwalità ogħla li jħallu ritorn aqwa għal-lukandi u r-ristoranti Maltin u Għawdxin.
L-MHRA ssostni li minkejja ż-żieda fit-turiżmu l-profitti naqsu. Filwaqt li l-impenn tal-Gvern tibqa’ li jinvesti biex iġib aktar turisti ta’ kwalità lejn pajjiżna, li kieku l-investiment qawwi li sar fl-aħħar sentejn ma sarx, kieku jaf li numru ta’ lukandi llum qed jistaqsu jekk jagħmilx sens jibqgħu joperaw fid-dawl ta’ tnaqqis drastiku fit-turiżmu li seta’ jirriżulta f’dik iċ-ċirkostanza. Din hi l-esprejenza li garbu pajjizi ohra, izda f’Malta r-rizultati lahqu livelli rekord.
Għandu jkun irrimarkat li filwaqt li l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’3.7% fl-2010, matul l-2010, il-kontribuzzjoni tal-lukandi u r-ristoranti għal Gross Value Added totali kienet ta’ 4.6%, li tirrappreżenta tkabbir ta’ 11.5% fuq is-sena ta’ qabel.
Dan barra l-għajnuniet diretti lejn is-settur: matul is-sena li għaddiet titnieda skema ta’ €3miljun intiża biex tgħin lil-lukandi u r-ristoranti biex jirrinovaw u jkabbru l-istabbiliment tagħhom. B’din l-iskema l-Gvern qed alloka €300,000 kull sena għal perjodu ta’ 10 snin fil-forma ta’ sussidji fuq ir-rati ta’ l-imgħax tas-self lill-operaturi għall-proġetti ta’ refurbishment u estensjonijiet. Fil-Baġit għal din is-sena, il-Gvern ħabbar ukoll skema ta’ soft loans għal-lukandi u r-ristoranti.
86 operatur turistiku diġà bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja ta’ €7miljun fi proġett ta’ innovazzjoni fit-turiżmu. 24 intrapriża fis-settur bbenefikaw minn skema biex jirreklamaw filwaqt li 18-il lukanda gawdew minn għajnuna finanzjajra biex kisbu ECO certification.
Il-Ministeru tal-Finanzi jgħin lis-settur ukoll permezz ta’ għajnuniet minn skemi oħra li l-lukandi u r-ristoranti jistgħu jgawdu minnhom, fosthom dawk li jgħinuhom jinvestu f’sorsi tal-enerġija li tiġġedded, biex b’hekk innaqqsu l-ispiża tagħhom b’rabta mal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
Il-Gvern jinvesti wkoll €3 miljuni għal taħriġ għal min jaħdem fis-settur turistiku. ’Il fuq minn 1,00 ħaddiem qed jitħarrġu fi programm biex jitjieb is-servizz. 200 minnhom se jmorru wkoll barra minn Malta.
L-MHRA tagħżel li tqabbel is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna ma’ dik ta’ sħab Mediterranji tagħna bħall-Portugall, Spanja u l-Greċja. Ta’ min ifakkar li l-qagħda attwali f’dawn il-pajjiżi, li biex irażżnu d-defiċits kbar ħafna fil-finanzi pubbliċi tagħhom ħadu miżuri ħorox ta’awsterità li anke wasslu biex in-nies jitniżżlu fit-toroq. Dawn jinkludu żidiet fil-VAT, fejn fil-Greċja s-sena l-oħra dan seħħ darbtejn minn 19% għal 24%)
Dan wassal biex illum dawn il-pajjiżi għandhom fost l-għola qgħad fl-Ewropa: Skont statistika ppubblika mill-Eurostat fi-bidu ta’ dan ix-xahar, il-qgħad f’dawn il-pajjiżi meta mqabbel mal-bqija tal-Ewropa u ma’ Malta huwa kif ġej:
Spanja 20.5%
Greċja 14.3%
Portugall 11.1%
Unjoni Ewropea 9.9%
Malta 6.5%
Konsumaturi importanti tar-ristoranti ta’ pajjiż huma ċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż stess. Rati għoljin ta’ qgħad inaqqsilhom sostanzjalment is-saħħa tal-konsum tagħha li jirrifletti fi dħul aktar limitat għall-istess ristoranti.
Dwar is-sena 2010, l-MHRA taċċetta l-fatt li l-livelli tat-turiżmu f’pajjiżna kienu aħjar minn dawk ta’ pajjiżi jew destinazzjonijiet oħra fil-Mediterran. Madankollu għandu jkun enfasizzat li filfatt il-prestazzjoni ta’ pajjiżna kienet sostanzjalment aqwa minn dawk tal-ġirien Mediterranji tagħha, kif tixhed din it-tabella:
Malta 12.7%
Spanja 1.0%
Il-Portugall 6.0%
Ċipru 1.5%
It-Turkija 5.7%
It-Tuneżija -0.9%
Slovenja 2.0%
Il-Kroazja 4.8%
Il-Marokk 11.4%
Is-sena li għaddiet kienet sena rekord għat-turiżmu f’pajjiżna minkejja d-diffikultajiet internazzjonali. Anke l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena qed juru titjib fuq ir-riżultati eċċelenti li kiseb pajjiżna fl-2010. L-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fi Frar 2011 n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna kien ta’ 65,487 li jfisser żieda ta’ 23.6% fuq Frar 2010. Jekk jitnaqqsu n-numru ta’ passiġġieri li ġew f’pajjiżna minħabba l-kriżi fil-Libja, jirriżulta li fi Frar kien hemm 62,768 turist li ġew Malta fuq vaganza. Din hija żieda sostanzjali ta’ 18.4% fuq Frar 2010.
Dan barra ż-żidiet sostanzjali fl-iljieli u fin-nefqa tat-turisti f’pajjiżna. Fl-2010, it-turisti qattgħu €11.1m lejl, żieda ta’ 12% u nefqu €1.1 biljun żieda ta’ 22%. L-aġenzija ta’ accomodation benchmarking STR Global irrappurtat li l-lukandi Maltin it-tieni l-akbar żieda fl-Ewropa fl-average daily rate tal-kmamar, żieda ta’ 11%.
Dan huwa xhieda li l-politika tal-Ministeru tal-Finanzi fil-qasam ekonomiku kif ukoll dik speċifika għas-settur tat-turiżmu qed tħalli l-frott.
Għall-kjarezza ta’ dak li ntqal mill-Ministru Fenech, qed jiġi ppubblikat f’Anness ma’ din l-istqarrija t-transcript tat-tweġiba li ta l-Ministru waqt il-konferenza tal-aħbarijiet tas-Sena Ħidma dwar dan is-suġġett
Anness:
It-tweġiba mogħtija mill-Ministru Fenech għad-domanda dwar il-lukandi u r-ristoranti.
Jien ma mortx restaurant li raħħas il-prezzijiet...inti mort?
Għar-restaurants ma naċċettax l-argument li jgħidu ma neffordjawx inraħħsu aktar. Jekk tara l-istatistika tar-restaurants, fir-realtà għollew il-prezzijiet u mhux raħsu.
L-ewwelnett: naħseb jekk wiehed jara r-riżultati fl-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena, żgur ma kienx hemm hotels li jikkunsidraw li jagħlqu għax effettivament rajna żieda sostanzjali fit-turiżmu u żieda fin-nefqa tat-turisti.
Għalhekk, l-argument tal-profitabiltà, l-operaturi jgħiduha, imma trid tigi verifikata.
Kulħadd jgħid lill-Ministru tal-Finanzi – biex ma niġbrux ħafna taxxi fuqu – li mhux qed jaghmel qligħ, pero’ meta xi hadd qed jespandi l-operat tiegħu u jkabbar, l-implikazzjoni tkun li l-business qed irendi.
Iġifieri jien ma nieħux kull statement, bħala statement tal-fatt li hu.
Jien nifhem ir-rapprezentazzjonijiet li jsiru minn diversi organizazzjonijiet but i take them to the reality that they are a lobby group and obviously they always want to increase their profitability, fine that's what they should do.
Pero fl-aħħar mill aħħar ir-rizultati li qed ingibu fis-settur tat-turizmu għaliex il- Gvern qed jinvesti iktar.
Sentejn ilu kien ftehim car li l-Gvern kien se jinvesti iktar pero s-settur irid jikkontribwixxi aktar u ghalħekk ittieħdet id-decizjoni taz-zieda tal-VAT. I do not have regrets on that decision because we are seeing the results.
Naħseb kieku m’għamilnix dak l-investiment kieku llum qed igergru mhux ghax m’għandhomx government induced costs izda li m’ghandhomx turisti. U allura nippreferi li għandhom it-turisti u għandhom ftit hekk imsejha government induced costs li marru ghal beneficcju direttament taghhom ghaliex marru biex gibna turisti ghalihom.
Fl-ahhar mill-ahhar ir-revenue l ewwel li jmur ghandhom, igawdi l pajjiz imma anke huma jgawdu, ghaliex kultant inbiegħu wisq l-idea li qed nagħmlu pjaċir lill-pajjiż.
Il-businessman huwa tajjeb li jagħmel il-qligħ, importanti li jagħmel il-qligħ għax b’hekk jikkontribwixxi għall-ħolqien tax-xogħol u tgawdi l-ekonomija sħiħa.
.
Imma huwa hazin li nikkonvertu kull business f’servizz socjali għax mhuwiex.
Importanti li kulħadd jibqa’ jaghti l-kontribut tieghu fuq livell ekonomiku u jien nittama li nkomplu naħdmu biex inkabbru s-settur tat-turizmu ħalli jkompli jiżdied il qligh ghal lukandi u r-ristoranti u għan-negozji kollha f pajjizna li jgawdu minn dan is-settur.
Irrid infakkar li għas-settur tat-turiżmu tajna numru ta’ skemi. M’għandix dubbju li fil-konferenza tal-aħbarijiet li se jagħmel Mario De Marco se jsemmi l-ħemel ta’ skemi li tajna, soft loans għall-hotels, skemi tal-enerġija, tajna ħafna għajnuniet biex ngħinu lil din l-industrija.
Naħseb jekk l-industrija tkun fair u tpoġġi kollox f’perspettiva...jien almenu l-kumment tagħhom meta jitkellmu mieghi jgħidu li sabu l-Gvern jappoġġjahom f'dawn it-tliet snin li kienu diffiċli ħafna.
Konna fost il-ftit pajjiżi fl-Ewropa u fis-suq li qed nikkompetu fih li minkejja l-kriżi bqajna naraw żidiet fit-turisti u dawn ma ġewx kumbinazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en