Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr0693
Date Icon 07/04/2011

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ id-djalogu soċjali

Il-Gvern jinnota l-istqarrija tal-FORUM dwar it-talba għas-sħubija fl-MCESD maħruġa llum 8 ta’ April 2011.

Il-Gvern jibqa’ impenjat li jkompli jsaħħaħ id-djalogu soċjali u li jwessa’ d-diskussjoni fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali.

Kien propju għal din ir-raġuni li f’Awwissu 2010, is-Segretarju Parlamentari Chris Said kiteb lill-membri kollha tal-Kunsill tal-MCESD u talabhom iressqu l-proposti tagħhom dwar:

• il-kompożizzjoni tal-Kunsill;
• ir-rappreżentanza fuq il-Kumitati tal-UE;
• il-ħidma tal-MCESD.

L-istedina kienet imnebbħa mill-fatt li tul is-snin saru diversi talbiet għal rappreżentanza fl-MCESD minn organizzazzjonijiet li jixtiequ jagħtu sehem f’dan il-forum.

F’laqgħa li saret f’Jannar 2011, il-membri fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ddiskutew numru ta’ proposti mressqa minnhom stess intiżi biex tissaħħaħ il-ħidma tal-MCESD u biex titjieb il-kontribuzzjoni li l-MCESD qed jagħti lid-djalogu soċjali fuq livell nazzjonali.

Fuq proposta tar-rappreżentant tal-Gvern, fi ħdan il-Kunsill tal-MCESD intlaħaq qbil unanimu li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma immexxi miċ-Chairman tal-MCESD, magħmul minn żewġ membri min-naħa tal-unions u żewġ membri oħra mill-organizzazzjonijiet ta’ minn iħaddem. Dan il-grupp ta’ ħidma qed jaħdem bil-għan li jgħarbel id-diversi proposti u jressaq pjani konkreti anki dwar il-kompożizzjoni tal-MCESD. Ir-rapport bir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma jsir magħruf ladarba jitlesta.

Il-Gvern ifakkar, kif dejjem saħaq, li sabiex tinbidel il-liġi dwar il-kompożizzjoni tal-MCESD, jinħtieġ il-kunsens unanimu tal-imsieħba soċjali rappreżentati fih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow