Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR JOE CASSAR, MINISTRU GHAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’, WAQT IL-KONFERENZA FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAS-SAĦĦA – QORMI – 7 TA’ APRIL 2011

pr0692
Date Icon 07/04/2011

Kull sena, fl-Unjoni Ewropea biss, huwa stmat li ‘l fuq minn 25,000 persuna tmut minn infezzjonijiet kkawżati minn mikrobi resistenti għall-antibiotiċi, l-aktar fl-isptarijiet.  Hemm biżgħa fost l-esperti fil-prevenzjoni ta’ l-infezzjonijiet li, bl-użu ħażin ta’ l-antibijotiċi, infezzjonijiet li huma resistenti għall-antibiotiċi ser jiżdiedu. B’hekk jista’ jkun li nerġgħu lura għaż-żmien fejn infezzjonijiet sempliċi ma jirrispondux għat-trattament u operazzjonijet u interventi kirurġiċi jkunu ta’ detriment għall-ħajja tal-pazjent.

Fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa 2011, li għal din is-sena għandha t-tema ‘Mingħajr azzjoni illum, ma nsibu l-ebda kura għada’, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ qed jingħaqad ma’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex tiġi enfasizzata din l-urġenza. Irridu nifhmu li, minkejja li huma daqstant importanti biex isalvaw il-ħajja, l-antibiotiċi qed jitilfu l-qawwa tal-fejqan tagħhom.

Diversi pajjiżi ewropej qed juruna x’jista’ jsir biex jikkumbattu r-reżistenza għall-antibijotiċi. Kampanji ta’ għarfien indirizzaw b’suċċess l-użu eċċessiv ta’ antibijotiċi u dawn il-pajjiżi qed juru tnaqqis sostanzjali fl-użu ta’ l-antibijotiċi u wkoll il-livell ta’ reżistenza.

M’hemmx dubju li anke f’pajjiżna din il-problema hija waħda rejali. Pazjenti Maltin jiġu preskritti d-doppju ta’ antibijotici daqs pazjenti fl-Isvezja u ħafna minnhom jingħataw għal irjiħat u influwenza. Dawn l-infezzjonijiet huma kkawżati mill-virus li fuqhom l-antibijotiċi ma jaħdmux.

Il-Bacteria hija reżistenti għall-antibijotiċi li jiġu trassmessi minn persuna għall-oħra permezz ta’ manniġjar ta’ ikel jew meta tieħu ħsieb annimali għall-ikel (li jittieklu). Dan jirriżulta mill-użu eċċessiv u ħażin ta’ l-antibijoitiċi jew biex tipprevjeni l-mard jew biex l-annimali ta’ l-ikel jikbru aktar malajr.  Diversi antibijotiċi li huma essenzjali biex tittratta infezzjonijiet fil-bnedmin jiġu użati minn veterinarji fuq annimali għall-produzzjoni ta ‘ l-ikel, u b'hekk tagħti lok għal reżistenza li tista' tinfirex mal-bnedmin. Iż-żieda ta’ infezzjonijiet reżistenti bħal ‘Salmonella’ hija assoċjata direttament ma' użu ta’ antibijotiċi fl-ikel ta’ l-annimali.


Fid-dawl ta’ din it-theddida, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ matul is-snin li għaddew ħa numru ta’ inizjattivi korrettivi, inkluż it-twaqqif tal-Kumitat Nazzjoni dwar l-Antibijotiċi b’konformita’ mar-rakkomandazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-pożizzjoni legali ta’ dan il-kumitat tippermetti li jwettaq moniteraġġ effettiv kemm tar-reżistenza kif ukoll ta' l-antibijotiċi fil-Gżejjer Maltin, sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri lill-Diviżjoni tas-Saħħa fuq interventi u rimedji effettivi. Huwa ttamat li bl-inizjattivi tal-Kumitat Nazzjonali dwar l-antibijotiċi, jissaħħaħ il-dmir ta' tobba u spiżjara sabiex id-deċiżjonijiet tagħhom ikunu dejjem bbażati fuq linji gwida internazzjonali. B’hekk innaqsu l-użu għoli ta’ dawn il-mediċini f’pajjiżna. Barra minn hekk huwa importanti li l-pazjenti ma’ jagħmlux pressjoni fuq tobba biex jagħtuhom antibijotiċi jekk dawn ma’ jkunx hemm bżonnhom.

Nappella lil kulħadd, inkluż il-pubbliku, tobba, veterinarji, bdiewa, spiżjara u l-industrija farmaċewtika, sabiex nużaw l-antibijotiċi b'mod responsabbli illum, biex inkomplu ngawduhom għas-snin li ġejjin.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow