Left arrow Mur Lura

IL-PALAZZ TAL-INKWIŻITUR FIL-GIRGENTI JINFETAĦ GĦALL-PUBBLIKU

pr0691
Date Icon 07/04/2011

Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur fil-Girgenti ser jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 t’April 2011. 

Għal darba oħra, il-pubbliku ser ikollu l-opportunità li japprezza l-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna u anke jgawdi x-xeni sbieħ tal-kampanja tal-madwar. F’dan l-isfond pożittiv ser ikun qiegħed jitwassal messaġġ dwar l-importanza tas-saħħa mentali sabiex ikollna kwalità ta’ ħajja aħjar. 

L-attività bit-tema Saħħa Mentali għal Ħajja Aħjar, qed tiġi kkoordinata mis-Sinjura Catherine Gonzi u għandha sservi biex titrawwem kuxjenza u jiżdied l-għarfien dwar dan il-qasam tant essenzjali fiċ-ċirkustanzi attwali ta’ soċjetà li dejjem qed tinbidel u ssir aktar komplessa.

Hi u tindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar l-attività, is-Sinjura Gonzi sostniet li “s-saħħa mentali hija importanti biex kull persuna tagħraf il-valur tagħha nnifisha, tirrealizza l-potenzjal tagħha, tlaħħaq mal-istress normali tal-ħajja, tagħmel xogħol produttiv li jħalli l-frott, tagħti kontribuzzjoni lill-komunità li tgħix fiha u tilqa’ l-isfidi inevitabbli tal-ħajja.”

“Is-saħħa mentali tgħin lill-persuna tgħix kwalità ta’ ħajja aħjar u għaldaqstant huwa importanti li nitgħallmu kif għandna nieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħna,” qalet is-Sinj. Gonzi, “jekk ingawdu saħħa mentali tajba ngħixu aktar kuntenti, intejbu l-opportunitajiet tagħna fil-ħajja u jkollna relazzjonijiet b’saħħithom.”

Tul il-jumejn li fih ser ikun miftuħ il-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Girgenti, ser ikun hemm diversi attivitajiet ta’ mistrieħ, fosthom passiġġati fil-kampanja, meditazzjoni, massaġġi rilassanti u tgawdija tal-arti.  Dawn huma attivitajiet li jgħinu lill-persuna twarrab xi ftit mit-tensjoni li tippreżentalna l-ħajja ta’ kuljum u għalhekk iwasslu biex nipproteġu s-saħħa mentali tagħna aħjar.

L-għaqdiet volontarji fil-qasam tas-Saħħa Mentali, li aċċettaw b’entużjażmu li jipparteċipaw f’din l-attività ser joffru tagħrif u informazzjoni lill-pubbliku ta’ kif wieħed jista’ jħares is-saħħa mentali aħjar. L-għaqdiet se jkunu qed jippromwovu s-servizzi li joffru u jispjegaw kif jistgħu jgħinu lill-individwu li jsib ruħu f’diffikultà.

Il-pubbliku huwa mitlub li jagħti donazzjoni li ser tmur b’risq l-istess għaqdiet volontarji, li huma l-Fondazzjoni Richmond, l-Assoċjazzjoni tas-Saħħa Mentali, Fondazzjoni St Jeanne Antide, l-Għaqda Ħbieb Sptar Monte Carmeli u Thursday Club (Caritas). L-għajnuna tal-pubbliku għandha tinkoraġġixxi lil dawn l-għaqdiet ikomplu jwettqu l-ħidma tagħhom bla heda biex jippromwovu s-saħħa mentali.

Din l-attività qed tittella’ bl-għajnuna tal-HSBC Malta Foundation.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow