Left arrow Mur Lura

​PARTITA TA’ ĦBIBERIJA INTERNAZZJONALI F’GĦAWDEX

pr0687
Date Icon 07/04/2011

Il-Gozo Stadium fix-Xewkija Għawdex ospita logħba ta’ ħbiberija  bejn it- timijiet nazzjonali ta’ taħt id-dsatax-il sena ta’ Malta u l-Ungerija. Din il-logħba kienet possibbli permezz ta’ kollaborazzjoni sħiħa bejn il-Malta Football Association (MFA) u l-Gozo Football Association (GFA) ankè fl-isfond tat-titjib sostanzjali fil-faċilitajiet li joffri dan l-istadium li issa jippermetti li jiġu organizzati parititi ta’ dan il-livell.

Il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono ħadet b’idejn il-plejers Maltin u Ungeriżi kif ukoll l-uffiċjali rispettivi tagħhom, qabel il-bidu tal-partita. Hija kienet akkumpanjata mill-President tal-Malta Football Association (MFA) is-Sur Norman Darmanin Demajo flimkien ma’ uffiċjali oħra miż-żewġ għaqdiet sportivi. Minkejja li t-tim Ungeriż għeleb lil dak Malti bl-iskor ta’ tlieta b’wieħed dan xejn ma naqqas mill-gost tad-diversi studenti minn skejjel f’Għawdex li kienu l-ispettaturi ewlenin ta’ dan l-avveniment sportiv mhux tas-soltu f’din il-gżira. Ma naqasx li matul il-partita dawn l-istudenti taw l-appoġġ tagħhom lit-tim Malti ankè permezz ta’ tisfir ta’ sfafar u tixjir tal-bnadar ta’ Malta. 

Din kienet l-ewwel darba din is-sena li tim Nazzjonali Malti lagħab f’partita internazzjonali fil-gżira Għawdxija. It-tim nazzjonali Malti kien immexxi mill-coach Michael Molzahn u l-assistent tiegħu Vince Carbonaro.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow