Left arrow Go Back

​STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU L-AMBJENT U L-KULTURA

pr0685
Date Icon 07/04/2011

Strateġija effetiva u deċiżjonijiet għaqlija għall-qasam turistiku

Tlieta mill-aħħar erba’ snin fit-turiżmu kienu snin rekord. Pajjiżna fl-2010 rnexxilu jattira għall-ewwel darba aktar minn 1.3 miljun turist. Dawn nefqu bejniethom aktar minn  €1.1 biljun u qattgħu f’Malta aktar minn 11-il miljun lejl f’pajjiżna. Dawn huma records assoluti li qed jirriżultaw f’aktar dħul finanzjarju għal min jaħdem u investa f’dan is-settur.

L-ewwel xahrejn ta’ din is-sena qed juru titjib fuq ir-riżultati eċċelenti li kiseb pajjiżna fl-2010. L-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fi Frar 2011 n-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna kien ta’ 65,487 li jfisser żieda ta’ 23.6% fuq Frar 2010. Jekk  jitnaqqsu n-numru ta’ passiġġieri li ġew f’pajjiżna minħabba l-kriżi fil-Libja, jirriżulta li fi Frar kien hemm 62,768 turist li ġew Malta fuq vaganza. Din hija żieda sostanzjali ta’ 18.4% fuq Frar 2010.

Minkejja r-riżultati miksuba, il-Gvern, partikularment l-Awtorità tat-Turizmu (MTA) qed tkompli taħdem sabiex tegħleb l-isfidi li qed jiffaċċja t-turiżmu fil-Mediterran, partikolarment minħabba s-sitwazzjoni fl-Afrika ta’ Fuq.

F’sitwazzjoni bħal din, wieħed jistenna li l-Oppożizzjoni tkun id f’id mal-Gvern biex tħares l-interessi tal-industrija tat-turiżmu. Minflok l-Oppożizzjoni, forsi għax m’għandiex xi tgħid, qed toħroġ stqarrijiet fuq suppożizzjonijiet u fantasiji. Il-Gvern imkien ma qal li ser izid taxxa fuq it-turiżmu. Il-Gvern żied l-investiment fit-turiżmu billi żied il-vot finanzjarju tal-MTA minn €24.6 miljun fl-2008 għal €35 miljun din is-sena, żieda ta’ aktar minn għaxar miljun Ewro. Dan barra il-miljuni li l-Gvern qed jalloka sabiex jiżdiedu r-rotot tal-ajru bejn Malta u l-Ewropa. Dan minbarra ukoll il-miljuni kbar li qed jintefqu fit-tisbiħ u l-irranġar tal-prodott turistiku bi proġetti bħal Bieb il-Belt, Pjazza San Ġorġ, Pjazza Sant’ Anna u r-restawr ta’ sitt kilometri ta’ swar, fost oħrajn. Il-Gvern qiegħed jinvesti ukoll miljuni ta’ Ewro f’taħriġ għal min jaħdem f’dan is-settur. Huwa dan l-investiment li qiegħed iġib ir-riżultati.

L-għaqal jitlob li it-turiżmu ma jsirx ballun politiku. Stqarrijiet bla bażi bħal ma ħarġet l-Oppożizzjoni jservu biss biex jallarmaw operaturi turistiċi għalxejn. Kull pass li jieħu il-Gvern f’dan is-settur isir dejjem b’konsultazzjoni wiesgħa ma’ min investa fis-settur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow