DISKORS MILL-ONOR. MARIO DE MARCO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA, WAQT T-TNEDIJA TAL-MALTA YOUTH ORCHESTRA – FLORIANA - L-ERBGĦA 6 TA’ APRIL 2011
It-tnedija tal-Malta Youth Orchestra huwa pass pożittiv fl-iżvilupp tal-mużika u l-kultura f’pajjiżna. Din l-orkestra li hi komposta minn madwar 50 żagħżugħ ta’ bejn is-16 u l-35 sena, bi strumenti bħal vjolin, trumbetti, double bass, flutes, oboes, clarinets, trambone, tuba, percussion u l-arpa. Minbarra l-għan tagħha li se tkun qed toffri kunċerti, l-Orkestra taż-Żgħażagħ għandha għan ieħor - li sservi ta’ direzzjoni biex tħarreġ mużiċisti li ’l quddiem ikunu jistgħu jingħaqdu fl-Orkestra Filarmonika Nazzjonali – hi ż-żerriegħa għall-ħajja futura tal-Orkestra
Fis-27 ta’ April, din l-orkestra se tkun qed toffri l-ewwel kunċert tagħha għall-pubbliku, u t-taħriġ beda għaddej minn Jannar li ġħadda.
Minbarra li din l-inizjattiva l-ġdida ssaħħaħ il-ħidma tal-Orkestra Nazzjonali, toffri wkoll opportunità lil żgħażagħ li għandhom ħiliet mużikali biex jgħaqqdu u jesponu t-talent tagħhom.
F’pajjiżna, ħafna mużiċisti jipproducu spettaklu bħala solisti u għalhekk l-iżvilupp ta’ orkestra magħmula minn mużiċisti żgħażagħ tkabbar l-opportuniatjiet għal tip ta’ kunċerti li jgħaqdu t-talent ta’ diversi persuni. Minbarra f’dan, il-Malta Youth Orchestra se jkollha l-għan li toffri spettaklu organizzat b’mod professjonali u ta’ livell għoli, permezz ta’ taħriġ professjonali li jirrikjedi impenn u dedikazzjoni kbira mill-mużiċisti parteċipanti.
Is-sehem taż-żgħażagħ fil-kultura huwa importanti ħafna għall-izvilupp tal-qasam kulturali. Iż-żgħażagħ mhux biss iġibu l-enerġija fl-organizazzjonijiet kulturali imma ħafna drabi jkunu wkoll aktar miftuħa għal esplorazzjoni ta’ metodi ġodda kif niżviluppaw il-qasam kulturali tagħna. Għalhekk inħeġġeġ lill-Orkestra Filarmonika biex filwaqt li tħarreġ ż-żgħażagħ, tagħtihom ukoll l-ispazju biex ikunu kreattivi u innovativi fl-ispettaklu li jipproduċu.
L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed twettaq ukoll xogħol ieħor sinifikanti. - li torganizza outreach programmes fil-kommunitajiet, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali u mal-Knejjes. Permezz ta’ dawn il-programmi, l-orkestra qed tersaq eqreb u tkabbar l-udjenzi tagħha permezz ta’ kunċerti organizzati f’lokalitajiet differenti.
L-Orkestra Nazzjonali twettaq ukoll inizjattivi edukativi. Min-Novembru li għadda sa issa, l-orkestra tellgħet tliet inizjattivi għat-tfal. Dawn huma Story Telling with Winnie the Pooh (f’Novembru) li għaliha attendew 1,000 student; l’Histoire du Soldat ta’ Stravinsky li għaliha attendew madwar 800 student, u minn għada (il-Ħamis), l-Orkestra se tibda l-programm ‘Animal Musical Magic’ fl-MCC – b’żewġ produzzjonijiet, waħda għall-iskejjel u oħra għall-familji li se ssir s-Sibt. Dan il-programm se jiġbor fih l-istorja mużikali ta’ Peter and the Wolf, (kompożizzjoni ta’ Sergei Prokofiev) u l- Young Person's Guide to the Orchestra, li għandha kompożizzjoni mużikali ta’ Benjamin Britten. Din l-attività, mistennija jattendu għaliha madwar 1000 persuna.
Nirringrazzja lill-mużiċisti żgħażagħ li qed jagħżlu li jiddedikaw ħafna mill-ħin liberu tagħhom għall-mużika filwaqt li nirringrazzja lill-ġenituri tal-mużiċisti preżenti għas-sagrifiċċji u d-dedikazzjoni tagħhom biex iħeġġu lil uliedhom isaħħu l-talent tagħhom.
Nota
Il-Maestro Joe Vella, li hu d-direttur mużikali tal-Orkestra taż-Żgħażagħ, għamel appell lil dawk iż-żagħżagħ interessati biex javviċinaw l-orkestra għal audition biex jiżdied l-element mużikali fl-Orkestra taż-Żgħażagħ. Hu semma li hemm numru ta’ żgħażagħ li diġà huma part-timers mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en