Left arrow Mur Lura

FONDI GĦAL RIĊERKA DWAR ID-DROGA F’MALTA

pr0673
Date Icon 06/04/2011

Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja kien iffirmat ftehim mal-European Information Network on Drugs and Drug Addiction (REITOX) li permezz tiegħu Malta se tingħata fondi Ewropej biex issir riċerka dwar il-problema tad-droga f’pajjiżna.

Il-ftehim kien iffirmat minn Andre’ Vassallo Grant, il-Focal Point Nazzjonali dwar id-Droga u Alexis Goosdeel il-Kap tat-Taqsima tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tar-REITOX, fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, Wolfgang Goetz Direttur tal-EMCDDA u l-Prof. Richard Muscat, konsulent tal-Ministeru.

Malta hi wieħed mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea flimkien man-Norveġja u l-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE li jiffurmaw parti mill-European Information Network dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX) li twaqqaf fl-2004.

In-National Focal Point għandu l-inkarigu li jiġbor l-informazzjoni dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-qasam tad-drogi fuq livell nazzjonali u kull sena jibgħat din l-informazzjoni lill-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction li jinsab f’Lisbona.  L-informazzjoni sservi wkoll biex titmexxa l-ġlieda kontra t-tixrid u l-abbuż mid-droga kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi Ewropea.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow