Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MID-DEPUTAT TAL-OPPOŻIZZJONI MARIE LOUISE COLEIRO

pr0668
Date Icon 05/04/2011

 Investimenti qawwija li jtejbu l-kwalità tal-kura f’pajjiżna.  L-Oppożizzjoni terġa’ turi xettiċiżmu għall-investiment fis-saħħa


L-Oppożizzjoni għadha marbuta ma’ sistemi u prattiċi antikwati u topponi l-bidliet għall-aħjar li jsiru fil-qasam tas-saħħa.  Bl-introduzzjoni tad-Discharge Lounge, pajjiżna qed jimxi ma’ metodi moderni li jintużaw fi sptarijiet madwar id-dinja fosthom fl-Ingilterra, l-Amerka u l-Awstralja.  B’din is-sistema pazjenti ma jibqgħux aktar fis-sala meta jiġu liċenzjati u għalhekk is-sodda tagħhom tittieħed minn persuni li jiddaħħlu l-isptar. L-Oppożizzjoni trid li flok persuna tmur fid-Discharge Lounge tinżamm f’sodda l-isptar meta klinikament dan mhux neċessarju.

L-Oppożizzjoni qed turi wkoll xettiċiżmu fuq il-bżonn li jinbena Ċentru Ġdid tal-Onkoloġija minflok l-Isptar Boffa. Bil-bini taċ-Ċentru tal-Onkoloġija s-sodod għall-kura tal-kanċer se jiżdiedu minn 27 għal 96.  Dan l-investiment qiegħed isir għaliex il-poplu qiegħed jgħix aktar u għalhekk l-inċidenza tal-kanċer se tiżdied.

Mhix l-ewwel darba li l-Oppożizzjoni uriet xettiċiżmu dwar it-titjieb u l-investiment fil-qasam tas-saħħa.  Meta kien qiegħed jinbena l-isptar Mater Dei, l-Oppożizzjoni kienet qalet li dak hu “kapriċċ.” 

Eluf ta’ pazjenti li jmorru għall-kura fl-isptar jafu li l-investiment fis-saħħa u l-Isptar Mater Dei mhux kapriċċ.  Is-sena li għaddiet 53,528 persuna ddaħħlu għal kura filwaqt li 33,586 pazjent għamlu użu mid-Day Care Units. Fl-out-patients saru 496,503 vista f’sena, filwaqt li fid-Dipartiment tar-Radjoloġija saru 185,307 test.   Il-pazjenti jafu li l-investiment fis-saħħa mhux kapriċċ, kif taħseb l-Oppożizzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow