Left arrow Mur Lura

SENTEJN MILL-ĦATRA TAL-PRESIDENT GEORGE ABELA

pr0663
Date Icon 04/04/2011

F'għeluqis-sentejn mill-ġurament tal-ħatra tal-President George Abela, ġie mtella' kunċertfil-Palazz ta' San Anton mill-pjanisti Natascha Chircop u Marco Rivoltinib'xogħlijiet 'quattro mani'. Għal din l-okkażjoni ġie inawgurat pjanu ġdid 'Steinway'.Ta' kull xahar jittellgħu kunċerti u kien ilu li nħass il-ħtieġa għall-pjanuta' kwalità għal kunċerti li jsiru fil-palazz ugħalhekk, permezz ta’ numru ta’ inizjattivi li saru f’dawn is-sentejn seta’jinxtara dan il-pjanu.

F'kelmtejnli għamel il-President George Abela rringrazzja lis-Sinjura tiegħu tas-sapportu l-appoġġ kontinwu f'dawn is-sentejn u wkoll lit-team li flimkien miegħu jagħtu unur lil din il-Presidenza sabiextkompli taħdem għall-ġid ta' pajjiżna. "Mhux għaddew sentejn imma tajnabidu għal sena ġdida" żied jgħid il-President Abela. "Mhux se noqgħodnagħti rendikont ta' dawn is-sentejn, dak mhux xogħli imma nixtieq nagħtikrettu lill-parlamentari tagħna li taw vot unanimu għall-għażla tiegħi sentejnilu u urew maturità politika. Dan kompla jsaħħu l-poplu tagħna li kull fejnmorna jien u marti, saħansittra anki ’l bogħod minn xtutna fejn hemm il-Maltin,laqgħuna b'idejhom miftuħin beraħ. Illum qed ngħixu żmien kritiku, u nixtieqnieħu l-opportunità u nifraħ lill-Gvern li f'dawn it-turbulanzi fil-medjorjentflimkien mal-Oppożizzjoni qablu li pajjizna m'għandux iservi ta' bażi militariimma jkompli jagħti għajnuna umanitarja kif għamel s'issa. Meta ngħidu pajjiżnewtrali aħna attivi li naħdmu favur il-paċi u nagħti krettu lill-awtoritajietli qed josservaw dan skruplożament. Pajjiżna għad għandu rwol importanti sabiextiġi stabbilita l-paċi" temm jgħid il-President George Abela. Finalment irringrazzjalill-pjanisti tas-serata interessanti u lil kull min attenda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow