STQARRIJA MINISTERJALI MILL-PRIM MINISTRU DR LAWRENCE GONZI DWAR IL-LAQGĦA TAL-KUNSILL EWROPEW TAL-24 U 25 TA’ MARZU 2011
Mr Speaker,
Illejla nixtieqnirraporta lill-Kamra dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ħadt sehem fihanhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa l-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 flimkien mal-Kapijietta' Gvern tas-sitta u għoxrin Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Matul din il-laqgħa ddiskutejna t-tliet puntiewlenin li qed jiddominaw il-qagħda internazzjonali bħalissa u li għandhomimpatt dirett jew indirett fuq l-ekonomiji u l-qagħda ta' pajjiżna u l-familjitagħna. Dawn huma l-qagħda ekonomika,is-sitwazzjoni fil-Libja u l-Ġappun.
Nixtieq inqiegħedfuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Konklużjonijiet ta' din il-laqgħa tal-KunsillEwropew fejn id-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħna huma riflessi f'aktardettall.
Għar-rigwardil-qagħda ekonomika, għalaqna l-pakkett komprensiv li huwa magħmul minn numruta' miżuri u inizjattivi, li issa ilna niddiskutu u niżviluppaw għal xhur sħaħu li dwarhom irrapurtajt lill-Kamra wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew likellna. Il-kriżi ekonomika mondjali,l-akbar waħda li qatt kellna minn wara l-gwerra, kienet dik li stimolat dankollu u f'dan is-sens dan il-pakkett għandu tliet miri speċifiċi:
- li nwieġbu għall-kriżi ekonomika u finanzjarja;
- li nħarsu l-istabbilità finanzjarja li hija waħda mill-pedamenti ewlenin ta' ekonomija soda; u
- li nwittqu t-triq għal tkabbir sostennibli, soċjalment inklussiv u li joħloq iżjed postijiet tax-xogħol.
Dawn il-miri, lilkoll kemm aħna naqblu dwarhom, kemm bħala Kapijiet ta' Gvern tas-27 StatMembru tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll f'din il-Kamra, jeħtieġ li naħdmu dwarhombilli nagħmlu għażliet u prijoritajiet speċifiċi skont il-qagħda partikolarita' kull pajjiż. L-inizjattiviindividwali u partikolari kienu u ser jibqgħu r-responsabbilità ta' kull pajjiż individwali; l-iżvilupp huwa li dawn l-inizjattivi nazzjonali ser niddiskutuhom flimkienf'qafas ta' approach miftuħfl-istrateġija msejħa Strategija Ewropa 2020. Meta nitkellmu minn dan l-approachmiftuħ, jeħtieġ inżommu fis-Suq Uniku (SingleMarket) f'moħħna, li huwa waħda mir-rikezzi l-kbar li għandna bħala Membrifl-Unjoni Ewropea.
Kif irrapportajtlill-Kamra wara l-Kunsill Ewropew tal-11 ta' Marzu, bħala Kapijiet ta' Gvern taż-Żonatal-Ewro qbilna dwar il-Patt għall-Ewro, dak li jissejjaħ il-Patt EuroPlus. Dan il-patt huwa miftuħ għal StatiMembri oħra tal-Unjoni Ewropea li jixtiequ jissieħbu; fil-fatt il-Bulgarija,id-Danimarka, il-Latvija, il-Litwanja, il-Polonja u r-Rumanija għażlu li jissieħbuf'dan il-patt li m'għandu xejn bħala għan ħlief li tkompli titjiebil-kompettività tal-ekonomiji tagħna ħalli jkollna iżjedimpjiegi u ekonomija aktar b'saħħitha. Dan nagħmluh ukoll billi nagħmlu għażliet partikolari u speċifiċi skontil-qagħda u l-ħtiġijiet nazzjonali u individwali ta' kull pajjiż sabiexnippromwovu l-kompettività u l-impjiegi, insaħħu l-istabbilità finanzjarja u niżguraw is-sostennibilità tal-finanzi pubbliċi.
F'dan il-kuntestnixtieq insemmi l-qbil dwar il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilità, mekkaniżmu li ser ikollu bażi kapitali ta' 700 biljun Ewro,b'mira li jkollu AAA rating mill-aġenzijata' kreditu. Dan għandu jkun strumentewlieni sabiex l-ekonomiji tagħna l-pajjiżi li nużaw l-Ewro igawdu l-fiduċjatas-swieq finanzjarji u nevitaw it-taqlib kollu li għaddiet minnu l-ekonomijamondjali matul dawn l-aħħar snin. Is-sehem ta' pajjiżna f'dan il-fond ser ikun ta' 56 miljun Ewro li serjiġu mqiegħda bir-rata ta' 11.2 miljun ewro fis-sena għal ħames snin, bejnl-2013 u l-2017.
Kif nafu, kienhemm minn ikkumenta dwar il-pożizzjoni ta' pajjiżi żgħar u kif dawn jistgħujibbenfikaw, peress li dan il-mekkaniżmu jiġi attivat biex jindirizza kriżi litkun qed tqiegħed iż-Żona tal-Ewro fil-periklu. Ċipru u Malta żgurajna li tkun inkluża dikjarazzjoni fil-minuti ta' danil-Kunsill Ewropew sabiex ikun dokumentat li kull pajjiż, irrispettivamentmid-daqs tiegħu, għandu jkun appoġġjat u mgħejjun minn dan il-mekkaniżmu jekkmeħtieġ:
Joint Declaration by Cyprus and Malta tothe minutes of the European Council of 24 – 25 March 2011, concerning thedecision amending article 136 of the TFEU with regard to the setting up of theEuropean Stability Mechanism
Without prejudice to the provision of article 125 of the treaty on the functioningof the European Union (TFEU), the reference in the proposed amendment of article 136 of the TFEU that “the ESM will beactivated by mutual agreement, if indispensable to safeguard the financialstability of the euro area as a whole” does not ipso jure preclude that themechanism be used to provide financial assistance to any Member State whosecurrency is the Euro, since financial stability of the euro area as a whole isinextricably linked to its integrity and the financial stability of all its members.
Mr Speaker,
Waqtid-dibattitu li kellna wara l-istqarrija parlamentari li għamilt fil-21 ta’Marzu dwar il-Kunsill Ewropew Straordinarju tal-11 ta’ Marzu 2011 u l-laqgħatal-kapijiet tal-Gvern taż-Żona Ewro, iddiskutejna l-pożizzjoni ta' Malta dwaril-Common Consolidated Corporate Tax Base. Hawnhekk ukoll, sabiex inserrħu moħħ kulħadd,ressaqna dikjarazzjoni u proponejna li tiġi inkluża fil-minuti tal-KunsillEwropew. Din id-dikjarazzjoni taqra hekk:
Declaration of Malta to be attached tothe minutes of the European Council of 24-25 March 2011
Malta:
· Notes that the Heads of State orGovernment of the Eurozone have agreed that “Developing a common corporate taxbase could be a revenue neutral way forward to ensure consistency amongnational tax systems while respecting national tax strategies” in the Pact forthe Euro;
· Holds that a common corporate tax basewould only be revenue neutral if it respects the comparative and competitiveadvantage of Member States;
· Underlines that the Heads of State orGovernment of the Eurozone refer to a common corporate tax base and not acommon consolidated corporate tax base;
· Holds that the Commission’s proposal ona common consolidated corporate tax base would distort the comparative andcompetitive advantage of Member States and penalise those economies whereproductivity is relatively high and/or that have moved to higher value-addedeconomic activities and/or where market size is limited.
Il-KunsillEwropew aċċetta li din id-Dikjarazzjoni tiġi inkluża fil-Minuti tal-Kunsill uwara s-sessjoni, Ċipru informalis-Segretarjat tal-Kunsill u lill-pajjiżi l-oħra li xtaq jissieħebmad-dikjarazzjoni ta' Malta.
Ma setax jonqosli niddiskutu l-qagħda fil-Libja. Hawnhekk urejna l-qbil tagħna mar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsilltas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u r-riżoluzzjonital-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea sabiex dawn ir-riżoluzzjonijiet jiġuosservati. Aktar milli riżoluzzjonijietkontra gvern, dawn huma azzjonijiet favur poplu, il-poplu Libjan. Huwa ċar li dawn, partikolarment ir-Riżoluzzjoni1973 salvat il-ħajja ta' ħafna u ħafna persuni. Għarafna wkoll il-ħidma u r-rwol ċentrali tal-pajjiżi Għarab,partikolarment il-Lega Għarbija kif ukoll ix-xogħol tal-Unjoni Afrikana. Irrepetejna għal darba'oħra, li Ghaddafi għandujwarrab sabiex jibda l-proċess, mmexxi mill-Libjani, lejn bidla għad-demokrazijamibni fuq djalogu wiesgħa u li jirrispetta l-integrità territorjali tal-Libja. L-Unjoni Ewropea lesta tgħin f'dankollu f'ko-operazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti, il-Lega Għarbija, l-UnjoniAfrikana u oħrajn. F'dan ir-reġjun jeħtieġli niżviluppaw sħubija ġdida li tinkludi aċċess usa' għas-suq u ko-operazzjoniaktar politika mill-qrib. Aħna nemmnu lil-iżviluppi fir-relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi jibbenefikaw liż-żewġnaħat. Partikolarment pajjiżna igawdijekk ikollna Libja prospera u demokratika.
Il-qagħda fil-Ġappunkien l-aħħar punt tad-diskussjoni tagħna; il-Kunsill Ewropew tenna li l-Unjoni Ewropea ser tappoġġja lill-Ġappunbiex jegħleb l-isfidi li qed jaffaċċja wara t-traġedja li għadda minnha fil-11ta' Marzu. Jeħtieġ li nitgħallmu wkoll minn din il-kriżi, partikolarment dwaris-sikurezza tal-impjanti nukleari. Hawnehkk kien hemm qbil li l-qafas regolatorju u legali għas-sikurezzatal-impjanti nukleari għandu jiġi rivedut sabiex sa tmiem din is-sena jiġipropost it-titjib meħtieġ.
pr0661 - Konkluzjonijiet.pdf
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en