Left arrow Mur Lura

RIŻULTATI POŻITTIVI FIS-SETTUR TURISTIKU

pr0660
Date Icon 04/04/2011

Fit-tienixahar tas-sena n-numru ta’ turisti  liżaru pajjiżna kien ta’ 65,487 li jfisser żieda ta’ 23.6% fuq Frar 2010. Jekkjitnaqqsu n-numru ta’ passiġġieri li ġew pajjiżna minħabba l-kriżi fil-Libja,jirriżulta li fi Frar kien hemm 62,768 turist li ġew Malta fuq vaganza. Dinhija żieda sostanzjali ta’ 18.4% fuq Frar 2010. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)li turi li nofs it-turisti li żaru pajjiżna għal vaganza, gew mill-Ingilterra ul-Italja. Ir-riżultati huma frott il-ħidma tal-Gvern fil-prodott turistiku,fl-aċċessibilità u fil-promozzjoni ta’ pajjiżna. Filwaqt li l- Awtorità Maltijagħat-Turiżmu (MTA) qed tagħmel moniteraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni fil-Libja ul-effetti tagħha fuq it-turiżmu f’Malta, il-Gvern baqa’ jinvesti fit-tlettpilastri ewlenin tat-turiżmu, bil-ħsieb li jibqa’ jsaħħaħ is-settur.

L-istatistikatal-NSO, turi wkoll li n-nefqa tat-turisti fi Frar li għadda kienet ta’€43,606,000. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 16.8% fin-nefqa tat-turisti,fuq Frar tas-sena li għaddiet. L-istatistika turi wkoll li kien hemm żieda ta’26% fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu Malta li jfisser li b’kollox, fiFrar, it-turisti qattgħu 524,494 lejl f’Malta. Għalhekk matul Frar, it-tlettindikaturi li juru kif sejra l-industrija tat-turiżmu u li jaffetwawil-profitabbilità, jiġifieri in-numru totali ta’ turisti, in-numru ta’ ljielili qattgħu turisti fostna u in-nefqa li għamlu t-turisti, qegħdin juru titjibsostanzjali fuq is-sena li għaddiet.

It-Travel and Tourism Competitiveness Reportmaħruġ mill-World Economic Forum jurili Malta telgħet għas-26 post minn 139 pajjiż fl-2011 wara li fl-2009 kienetfid-29 post minn 133 pajjiż. Dan jikkonferma li pajjiżna tejjeb l-kompetittivitàtiegħu fl-aħħar sentejn. Il-kompettitività titjib permezz ta’ investiment uinizjattivi fis-settur. L-investiment fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jfisserinvestiment fis-settur turistiku. Huwa għalhekk li l-Gvern żied il-votfinanzjarju tal-MTA minn €24.6 miljun fl-2008 għal €35 miljun din is-sena. Mhuxbiss, il-Gvern qed jinvesti fi skemi u inzjattivi li jaċċertaw li s-suq ikomplijsaħħaħ il-kompettività. Permezz ta’ skema għal turiżmu sostenibbli se jiġuallokati €10 miljun għal proġetti li qed isaħħu l-awtentiċità u l-innovazzjonital-prodott turistiku. Permezz ta’ din l-iskema s’issa ħarġu żewġ sejħiet lijammontaw għal €6.8 miljun f’fondi Ewropej immirati sabiex operaturi turistiċijkunu jistgħu jtejbu l-prodott tagħhom. Fl-ewwel żewġ sejħiet ġie allokat fond ta’ kważi €7 miljungħall-proġetti li b’kollox jammontaw għal aktar minn €15 miljun. F’dawn l-ewwelżewġ sejħiet kien hemm 86  benefiċċjarju.It-tielet u l-aħħar sejħa b’fondi ta’ €2 miljun ħarġet f’Ottubru u għalqetf’Jannar. Dawn l-iskemi jikkumplimentaw ix-xogħol li qiegħed iwettaq il-Gvernbilli jistimulaw investiment privat fl-offerta turistika tagħna. Jsaħħu wkollid-diversifikazzjoni tal-prodott turistiku, li huwa aspett importanti ħafnafit-tisħiħ tal-kompettitività tas-settur.

Bil-għanli tiżdied il-kwalità tas-servizz turistiku lokali, f’Ottubru li għadda,tnediet skema ta’ sussidju fuq is-self li tħeġġeġ lil-lukandi u r-ristorantibiex iwettqu xogħol ta’ upgrading fl-istabbilimentitagħhom kif ukoll biex joffru servizzi ġodda u jtejbu dawk eżistenti. Dinl-iskema, amministrata mill-MaltaEnterprise, għandha l-għan li tgħin, permezz ta’ sussidji fuq is-self sa 3%fuq l-imgħax, lil-lukandi, ristoranti u holidayaccomodations bħal hostels u guest houses, biex iwettqu upgrading fl-operat u l-prodott tagħhomu biex itejbu s-servizzi tagħhom.

Il-kompettivitàfil-qasam turistiku tissaħħaħ ukoll permezz ta’ titjib fil-kwalità fis-servizz.Huwa għalhekk li l-Gvern qed jinvesti fl-edukazzjoni u t-taħriġ tar-riżorsaumana permezz ta’ investiment fl-ITS, l-MCAST u l-Università kif ukoll permezzta’ skema ta’ €3 miljun immirata li tħarreġ  managersu supervisors li digà qed jaħdmufil-qasam turistiku jew li qed jimmiraw li jibdew jaħdmu fis-settur.

L-investimenttal-Gvern fil-qasam turistiku qed jissarraf f’riżultati pożittivi għal danis-settur. Filwaqt li s-settur turistiku jibqa’ sensittiv għal diversi fatturiu sitwazzjonijiet li mhux dejjem jistgħu jiġu mbassra, il-Gvern qed jinvesti fitliet pilastri ewlenin li jsaħħu l-kompettività tas-settur u li qed jgħinu biexjiġu ffaċċati l-isfidi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow