“BIX-XOGĦOL NINVESTU F’SOĊJETA B’SAĦĦITHA. GĦALIK” - MESSAĠĠ TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI FL-OKKAŻJONI TAT-TIELET SENA ĦIDMA TA’ DIN IL-LEĠISLATURA – VALLETTA - 4 TA’ APRIL 2011
It-tieletsena ta’ din il-leġislatura kienet karatterizzata minn sfidi kbar. Sfidi li ġewminħabba dak li d-dinja għaddejja minnu u, trid jew ma tridx ikollu impatt fuqpajjiżna. Il-Gvern baqa’ ffukat fuq il-ħolqien tal-impjiegi, għaliex b’aktarinvestiment u b’aktar xogħol noħolqu l-ġid u ninvestu aktar fl-edukazzjoni,fis-saħħa, fil-qasam soċjali, fl-ambjent u biex titjieb il-kwalita tal-ħajjatiegħek.
Id-deċiżjonijietli ħadna bħala Gvern tul l-ewwel tliet snin ta’ din il-leġislatura għenu biexf’pajjiżna jiżdied l-investiment u b’hekk negħlbu d-diffikultajiet li l-isfidiglobali qed iġibu magħhom u li kienu qed jgħottru lil pajjiżi oħra. PajjiżiEwropej kellhom jirrikorru għall-għajnuna finanzjarja. Il-ħaddiema ta’ pajjiżioħra ffaċċjaw sensji u rati ta’ qgħad għolja, pensjonanti f’pajjiżi oħrakellhom il-pensjoni tagħhom iffriżata u l-benefiċċji soċjali mnaqqsa.Gvernijiet ta’ pajjiżi oħra komplew iżidu l-VAT, l-income tax u jnaqqsul-investiment fl-edukazzjoni u fis-saħħa. L-ekonomija globali qed tiffaċċjażieda fil-prezzijiet taż-żejt, gass u ċereali. Dan hu x-xenarju li konna u liqed naħdmu fih. Ta’ kuljum nieħdu deċiżjonijiet importanti, li trid teħodhomb’responsabbilta kbira. Kull deċiżjoni naraw li tkun ibbażata fuq sisien sodi,għaliex l-iċken żball jista’ jkollu konsegwenzi negattivi.
Aktar xogħol u xogħol aħjar
Il-Gvernħadem b’mod pro-attiv. Għarbilna dak li kien qiegħed jiġri u d diffikultajietglobali li kienu qed ifeġġu fuq ix-xefaq. Iddiskutejna mal-imsieħba soċjali. Uħadna l-inizjattivi li kienu meħtieġa. Ħloqna skemi biex inħajru aktarinvestiment privat lokali u barrani minn kumpaniji kbar u minn intrapriżi żgħaru medji. Investejna aktar fi skemi ta’ taħriġ biex il-ħaddiema jieħdul-opportunitajiet ġodda ta’ xogħol li qed jinħolqu. L-investituri, Maltin ubarranin, irrispondew. Emmnu fil-potenzjal ta’ Malta. Emmnu fid- direzzjoni lil-Gvern qed jagħti lil pajjiżna u investew aktar u ħolqu aktar impjiegi.
Mill-2008, il-MaltaEnterprise approvat 99 proġett. Fi tliet snin il-Korporazzjoni tax-Xogħol uTaħriġ kellha 29,774 talba minn min iħaddem għal impjiegi ġodda. Fl-2010 l-ETCkellha aktar vacancies u għamlet aktar placements mis-sena ta’qabel. Fejn kien hemm kumpaniji li kellhom diffikultajiet, il-Gvern intervjenau salvajna 5,000 impjieg. Ħarisna l-kwalita tal-ħajja ta’ 5,000 familja.Riżultat ta’ dan kollu, pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ tnaqqis fil-qgħad minnfost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-2010 kienet ukollsena rekord għat-turiżmu f’Malta, b’żieda ta’ 13% fuq l-2009. L-infiqtat-turisti f’pajjiżna żdied bi 22% u għalhekk sar aktar negozju f’pajjiżna.Ir-riżultati ma ġewx mix-xejn. Is-settur irrisponda għall-iskemi li kienqiegħed jagħmel il-Gvern. Minn din iż-żieda gawdew il-ħaddiema, sidien ta’ħwienet u dawk li għandhom investiment f’dan il-qasam.
Tkabbirekonomiku akbar mill-medja Ewropea
F’kull deċiżjoni liħadna, dejjem rajna li nħarsu l-impjiegi u li noħolqu aktar xogħolgħall-ħaddiema. Ma bżajniex quddiem l-isfidi. L-għaqal, il-bżulija u l fiduċjafil-potenzjal u fil-ħiliet tal-poplu wassluna biex pajjiżna jegħleb l-isfidi likellu quddiemu u jdawwarhom f’opportunitajiet.
Iż-żiedafl-investiment, iż-żieda fit-turiżmu, il-ħolqien tax-xogħol u tnaqqis fil-qgħadwasslu biex l-ekonomija tagħna tikber, u tikber b’rata akbar mill medja Ewropeau dik taż-żona ewro. Fl-2010, Malta kienet ukoll wieħed mit-3 pajjiżi bisstal-Unjoni Ewropea li kellhom tnaqqis fl-iżbilanċ. Dan kollu ppermettielna lininvestu aktar f’oqsma oħra li jagħmlu differenza għall-aħjar fil-kwalita u l-istilta’ ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.
Investimentqawwi fl-edukazzjoni ta’ wliedna u fis-saħħa tal-poplu
Għal uliednanagħmlu kollox. Mhux biss qed niftħu aktar child care centres u nibnuskola ġdida kull sena, iżda qed ninvestu f’laboratorji aħjar, f’aktar workshops,f’libreriji u f’computers ġodda. Qed ninvestu biex intejbu l-esperjenzatat-tfal fl-iskejjel, bħall-investiment fl-interactive whiteboards ufil-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel. Qed infasslu programmi biex uliednajirnexxu lkoll u min ikun f’riskju jingħata l-għajnuna kmieni kemm jista’ jkun,inkluż bi programmi edukattivi saħansitra qabel it-tfal jibdew jattendul-iskola.
U għaliex qedninvestu aktar f’kull livell, l-istudenti li jkomplu l-istudji wara li jagħlqus-16-il sena qed ikomplu jiżdiedu. Fi 3 snin żdiedu bi 12% u laħqu 22,168.
F’ħajjitna, fostl-aktar affarijiet għeżież għalina hemm is-saħħa. Il-Gvern kompla jżidis-servizzi tas-saħħa, iżid il-mediċini li jingħataw b’xejn u jżid il-kura litingħata f’pajjiżna. Fl-Isptar Mater Dei saru aktar minn 41,000 operazzjoni –żieda ta’ 28% fuq dawk li kienu jsiru fl-Isptar San Luqa. Qed inkunu aggressivifil-ġlieda kontra l-kanċer. Żidna l-mediċina li tingħata għall-kura tal-kanċer,qed isiru aktar testijiet biex il-kanċer jinqabad fi stadju bikri, ftaħnaBreast Screening Centre, ippubblikajna Pjan Nazzjonali għal Kura tal-Kanċer uqed nibnu Ċentru tal-Onkoloġija li jakkomoda 96 persuna. Fl-Isptar Boffa hemm27 sodda. F’Għawdex ftaħna Dipartiment tar -Radjoloġija ġdid.
Insarrfus-solidarjeta biex ngħinu lil min għandu bżonn
Bil-maqlub ta’ dakli għamlu pajjiżi oħra, il-Gvern kompla jsaħħaħ il-benefiċċji soċjali ujinvesti fil-poplu. F’Settembru li għadda ftaħna 4 Ċentri ta’ RiżorsaEdukattiva għal tfal b’diżabilita għaliex irridu nagħtu attenzjoni u noħorġul-potenzjal ta’ kull tifel u tifla. Investejna aktar fi programmi ta’ taħriġ uxogħol għall-persuni b’diżabilita biex 340 persuna b’diżabilita daħlu f’impjiegpermezz tal-ETC. Saħħaħna l-liġijiet kontra l-abbuż tat-tfal.
Fil-qasam tal-housingingħataw €14 miljun f’għajununa lil 6,509 individwi u familji biexjirranġaw id-dar tagħhom, iżidu l-aċċessibilta jew biex jixtru l-ewwel dartagħhom. L-anzjani tajnihom żieda sħiħa fil-pensjoni, daqs il-ħaddiema, u ġieaġġustat il-means test ta’ diversi benefiċċji soċjali biex aktar familjijgawdu mill-ogħla għajnuna possibbli. Komplejna ngħinu lill-familji l-aktarfil-bżonn, permezz ta’ energy voucher minħabba ż-żieda fil-prezzinternazzjonali taż-żejt.
Il-politika soċjalitagħna hi mibnija fuq il-valur tas-solidarjeta. Valur li mhux biss inwettquhbejnietna f’Malta, imma anki ma’ kull min jiġi bżonn għajnuna tagħna. Quddiemil-kriżi fil-Libja pajjiżna qiegħed iservi ta’ bażi umanitarja biex persuni likienu l-Libja jgħaddu minn Malta biex imorru lejn pajjiżhom u jingħaqdumal-familji tagħhom. Dan qiegħed iġib l-apprezzament ta’ mexxejja ta’ pajjiżioħra għal dak li qed nagħmlu. Dak li qed nagħmlu hi espressjoni oħra ta’solidarjeta.
Ambjentaħjar li jtejjeb il-kwalita tal-ħajja tagħna
Il-kwalitatal-ħajja tagħna tiddependi wkoll mill-ambjent ta’ madwarna. Għalhekk il-Gvernqed jinvesti f’aktar spazji pubbliċi għat-tfal u l-familji. Bdilna 5 parkingareas fi spazji pubbliċi – Pjazza San Ġorġ, Adventure Park, Outdoor Gym,High Ropes u Ġnien George Bonello du Puis fi Qui Si Sana. Il-familji u t-tfalqed jieħdu post il-karozzi.
Qed nieħdu sensielata’ inizjattivi biex intejbu l-kwalita tal-arja. Fl-2010 inawgurajnal-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant Antnin. Qed nissoktaw fil proġett ta’tneħħija ta’ gassijiet mill-Magħtab u l-Qortin. Il-Gvern kompla jinvestifl-enerġija alternattiva bi skemi ta’ pannelli fotovoltajiċi u solar waterheaters għall-familji biex jonqos il-konsum tal-fuels mill-PowerStation u għalhekk jonqsu l-emissjonijiet. Qed isir investiment fl-estensjonital-Power Station ta’ Delimara skont standards Ewropej u se tingħalaqil-Power Station tal-Marsa li hi sors ta’ tniġġiż. Se ninvestu f’interconnectorbiex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq il-fuels. Ħriġna skemi biexninċentivaw ix-xiri ta’ karozzi ġodda, iżgħar u li jaħlu anqas. Minn Lulju liġej se tidħol fis-seħħ ir-riforma fit-trasport pubbliku li minbarra se tagħtilill-poplu servizz aktar effiċjenti, għandha dimensjoni ambjentali għaliex setintuża flotta moderna.
Fl-ewwel 3 snin ta’din il-leġislatura ħdimna bis-sħiħ biex inkattru x-xogħol u ninvestufil-kwalita tal-ħajja tiegħek. Bir-riformi u bl-inizjattivi li ħadna ssudajnas-sisien ta’ pajjiżna fi żmien meta diversi pajjiżi għaddejjin minndiffikultajiet kbar.
L-isfidi mhux sejonqsu, iżda d-direzzjoni li qed nagħtu lil pajjiżna qed tagħti riżultatipożittivi.
Bix-xogħol qedninvestu f’soċjeta b’saħħitha. Għalik.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en