Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0654
Date Icon 03/04/2011

Għajnunalis-sidien ta’ negozji li ntlaqtu mill-kriżi tal-Libja ... Il-Kap tal-Oppożizzjoni jerġa’ jiżbalja

Għall-kuntrarjutal-impressjoni ħażina li prova jagħti dalgħodu l-Kap tal-Oppozizzjoni JosephMuscat, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise qed jaħdem fil-qrib ma’ sidienMaltin li n-negozju tagħhom intlaqat bil-kriżi tal-Libja.

Filfatt,il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise, beda jikkordina din il-ħidmaċentralizzata immedjatament mal-bidu tal-kriżi, b’mod li jistabbilixxi kuntattma’ dawk il-kumpaniji Maltin li jesportaw lejn il-Libja jew li joperawdirettament f’dan il-pajjiż.

Eżempjukonkret ta’ din l-għajnuna huwa li fejn dawn il-kumpaniji ma jistgħux jiġbruammonti sostanzjali dovuti lilhom, u għalhekk jinsabu f’xi diffikultajiet biexiħallsu t-taxxa minħabba problemi ta’ cashflow, il-Malta Enterprise qed tikkordina mal-awtoritajiet tat-taxxa Maltingħall-rescheduling ta’ dawn l-istessħlasijiet.

Biexikompli jħawwad l-imħuħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni jħallat l-għajnuna lil mingħandu negozju fil-Libja mas-self li l-Gvern ta lill-Greċja, li jrid jitħallaslura mill-Griegi b’rati tal-imgħax għoli  Jidher ċar li l-gwida tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan l-argumenti kiengħal darb’oħra l-populiżmu u mhux is-serjeta’ u l-maturita’ politika..

Il-Kaptal-Oppożizzjoni fid-diskors li għamel dal-għodu żbalja meta qal li din is-senażdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Mhux veru li l-kontijiet żdiedu.

Dwarir-rapport fuq l-inflazzjoni, il-Gvern kif tenna l-ġimgħa li għaddiet fistqarrija pubblika, jerġa jtenni li dan se jiġi diskuss mal-imsieħba soċjalikif kien tħabbar wara l-budget u kif miftiehem fl-MCESD.

Joseph Muscatreġa żbalja dwar l-estensjoni tal-Power Station, għaliex l-għażla li sarettipprovdi li l-impjant jista’ jitħaddem bil-fuel jew bil-gass.  L-estensjoni hi skont kriterji ambjentali kifanki ġie konfermat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi presedutmill-Oppożizzjoni.

Il-Kaptal-Oppożizzjoni żbalja anki dwar il-miri tal-iżbilanċ għaliex is-sena ligħaddiet għalkemm il-mira kienet ta’ 3.9%, effettivament l-iżbilanċ tnaqqasaktar u niżel għal 3.6%.

Dwaril-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-fatti juru li b’riżultattat-tnaqqis fl-income tax u bit-tax holiday li qed jagħti l-Gvern lill-ommijietli jibqgħu fid-dinja tax-xogħol jew jirritornaw lura fuq il-post tax-xogħol,l-ammont ta’ nisa li qed jaħdmu qiegħed jiżdied.


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow