STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Għajnunalis-sidien ta’ negozji li ntlaqtu mill-kriżi tal-Libja ... Il-Kap tal-Oppożizzjoni jerġa’ jiżbalja
Għall-kuntrarjutal-impressjoni ħażina li prova jagħti dalgħodu l-Kap tal-Oppozizzjoni JosephMuscat, il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise qed jaħdem fil-qrib ma’ sidienMaltin li n-negozju tagħhom intlaqat bil-kriżi tal-Libja.
Filfatt,il-Gvern permezz tal-Malta Enterprise, beda jikkordina din il-ħidmaċentralizzata immedjatament mal-bidu tal-kriżi, b’mod li jistabbilixxi kuntattma’ dawk il-kumpaniji Maltin li jesportaw lejn il-Libja jew li joperawdirettament f’dan il-pajjiż.
Eżempjukonkret ta’ din l-għajnuna huwa li fejn dawn il-kumpaniji ma jistgħux jiġbruammonti sostanzjali dovuti lilhom, u għalhekk jinsabu f’xi diffikultajiet biexiħallsu t-taxxa minħabba problemi ta’ cashflow, il-Malta Enterprise qed tikkordina mal-awtoritajiet tat-taxxa Maltingħall-rescheduling ta’ dawn l-istessħlasijiet.
Biexikompli jħawwad l-imħuħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni jħallat l-għajnuna lil mingħandu negozju fil-Libja mas-self li l-Gvern ta lill-Greċja, li jrid jitħallaslura mill-Griegi b’rati tal-imgħax għoli Jidher ċar li l-gwida tal-Kap tal-Oppożizzjoni f’dan l-argumenti kiengħal darb’oħra l-populiżmu u mhux is-serjeta’ u l-maturita’ politika..
Il-Kaptal-Oppożizzjoni fid-diskors li għamel dal-għodu żbalja meta qal li din is-senażdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Mhux veru li l-kontijiet żdiedu.
Dwarir-rapport fuq l-inflazzjoni, il-Gvern kif tenna l-ġimgħa li għaddiet fistqarrija pubblika, jerġa jtenni li dan se jiġi diskuss mal-imsieħba soċjalikif kien tħabbar wara l-budget u kif miftiehem fl-MCESD.
Joseph Muscatreġa żbalja dwar l-estensjoni tal-Power Station, għaliex l-għażla li sarettipprovdi li l-impjant jista’ jitħaddem bil-fuel jew bil-gass. L-estensjoni hi skont kriterji ambjentali kifanki ġie konfermat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi presedutmill-Oppożizzjoni.
Il-Kaptal-Oppożizzjoni żbalja anki dwar il-miri tal-iżbilanċ għaliex is-sena ligħaddiet għalkemm il-mira kienet ta’ 3.9%, effettivament l-iżbilanċ tnaqqasaktar u niżel għal 3.6%.
Dwaril-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, il-fatti juru li b’riżultattat-tnaqqis fl-income tax u bit-tax holiday li qed jagħti l-Gvern lill-ommijietli jibqgħu fid-dinja tax-xogħol jew jirritornaw lura fuq il-post tax-xogħol,l-ammont ta’ nisa li qed jaħdmu qiegħed jiżdied.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en