INAWGURATA L-NSTF SCIENCE WEEK 2011
Is-SegretarjuParlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali uKonsultazzjoni Pubblika, l-Onor Chris Said, dalghodu inawgura l-Ġimgħa tax-Xjenza organizzata min-NationalStudent Travel Foundation (NSTF) bil-kollaborazzjoni tal-Malta Chamber of Scientists u l-KunsillMalti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST). Hu kien akkumpanjat miċ-Chairmantal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando u mill-Kap Eżekuttiv tal-MCST l-InġinierNicholas Sammut.
F’kelmtejntal-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega l-ħidma tal-Gvern utal-MCST biex iżidu l-interess taż-żgħażagħ Maltin fix-xjenzi ufit-teknoloġija. Semma n-numru kbir ta’ boroż ta’ studju li qed jingħatawmill-Gvern Malti, li żdiedu minn 33 fl-2006 għal 425 fl-2010. Hu fakkar kiffl-aħħar tliet snin iggradwaw medja ta’ 130 student fis-sena fl-ICTmill-Universita’ ta’ Malta. Mill-MCAST iggradwaw medja ta’ 500 student ustudenta.
Il-Gvern qedjinvesti wkoll fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp. Fl-2010 sar investiment ġdidfl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informattika u l-Komunikazzjoni – l-MCAST,b’sistemi ġodda tal-kompjuter u 18-il laboratorju ġdid. Fl-Universita’ qedtinbena Fakulta’ ġdida tal-ICT b’investiment ta’ €17.3 miljun.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said esprima wkoll sodisfazzjon għall-fatt li fl-edizzjonita’ din is-sena tal-Ġimgħa tax-Xjenza qed jipparteċipaw numru akbar mis-soltuta’ studenti mill-iskejjel tal-istat b’mod partikolari minn skejjel tal-bniet.
Il-Ġimgħatax-Xjenza fetħet illum u tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd 10 ta’ April. Fiha qedjipparteċipaw, studenti tal-MCAST, Junior College, mis-Sixth Form tal-KulleġġSan Alwiġi, u minn tlettax-il skola sekondarja tal-Gvern, tal-Knisja u Privati. Il-proġetti rebbieħa se jirrappreżentawlil Malta f’kompetizzjonijiet u exposinternazzjonali tax-Xjenza li se jsiru fil-Fillandja, fis-Slovakkja ufil-Belġju fix-xhur li ġejjin.
Fl-2009 Philip Cardona kien irrapprezenta lilMalta fl-EU Contest for Young Scientistsu l-proġett tiegħu kien ivvutat fit-tieni post minn 87 proġett minn 38 pajjiżdifferenti. Il-kontestanti kienu ġejjin mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa,mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, min-New Zealand, mill-Korea t’Isfel umill-Istati Uniti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en