STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI TAL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
Risposta ghad-diskors tal-Kap tal-Oppozizzjoni
Il-Gvern qed iwettaq programm ta’ inizjattivi ghall-anzjani li ghandhomid-dimentia u l-qraba taghhom
Il-hidma tal-Gvernghall-gid tal-anzjani li ghandhom id-dimentia hi mifruxa fid-djar residenzjali,fil-komunita’ u anki fl-iskejjel. Minbarra li qed jigu indirizzati l-bzonnijiet partikolari tal-anzjaniinfushom, qed issir hidma ghall-gid tal-qraba taghhom biex huma jkollhom aktarserhan tal-mohh fuq dawk li jigu minnhom.
- Sar investiment ta’ €9 miljun fi blokk gdid f’San Vincenz de Paul li ghall-ewwel darba fih swali li huma dementia friendly. B’hekk il-pazjenti jinghataw trattament ghall-htigiet partikolari taghhom u l-qraba taghhom ikollhom mohhhom aktar mistrieh mill-kura u l-attenzjoni li qed jinghataw
- L-infermiera, carers u professjonisti huma mħarrġa apposta dwar kif l-aħjar jgħinu l-pazjenti li jbatu minn din il-kundizzjoni
- Fl-Activity Centre ta’ San Vincenz de Paul jinghata trattament varjat lil medja ta’ 115 anzjan u anzjana minħabba li għandhom id-dimenzja. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn l-anzjani jghixu fil-Komunita’.
- 130 persuna li jahdmu fil-qasam tal-anzjani b’rabta mad-dimentia inghataw tahrig minn professjonisti mill-Universita’ ta’ Stirling.
- Is-Segretarjat tal-Anzjani u Kura fil-Komunita flimkien mad-Dipartiment tal- Anzjani organizza kors ghall-carers li jaħdmu fid-djar tal-anzjani biex jibqgħu aġġornati fuq id-dimensja.
- Mill-Isptar Karen Grech jinghata servizz mill-memory clinic fejn persuni li jbatu bid-dementia jiġu assessjati wara li jkunu ġew referuti mit-tabib tagħhom.
- Flimkien mal-Malta Dementia Society, is-Segretarjat Parlamentari ghall-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ waqqaf helpline ghall-pubbliku. Dan sar sabiex fost l-ohrajn dawk li għandhom qraba bid-dimensja ikollhom aċċess dirett għall-professjonisti.
- Biex anki t-tfal jinghataw taghrif dwar kundizzjoni li tista’ tolqot lin-nanniet jew qraba taghhom sar ktieb li tqassam fl-iskejjel pubblici, tal-Knisja u privati “In-Nannu Nesa x’Jisimni”,
Dawn huma fostl-inizjattivi godda li qed isiru. Il-modkif il-Gvern qed jindirizza din il-kundizzjoni billi jipprovdi taghrif,informazzjoni edukattiva, facilitajiet godda, ghajnuna fil-komunita’ u kuraresidenzjali ghall-gid tal-anzjani u tal-qraba taghhom, hi konferma tal-impennsocjali tal-Gvern favur dawk li jkunu jehtiegu ghajnuna.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en