L-ISPEAKER MICHAEL FRENDO F’DISKUSSJONI FI BRUSSEL DWAR L-ISKRUTINJU MILL-PARLAMENTI NAZZJONALI TAL-POLITIKA ESTERA TAL-UNJONI EWROPEA
Nhar il-Tnejn li ġej, l-OnorevoliMichael Frendo se jieħu sehem f’diskussjoni dwar l-iskrutinju mill-ParlamentiNazzjonali tal-Politka Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea bħala waħdamit-temi tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Parlamenti Nazzjonali.Il-Konferenza se tittratta wkoll bosta temi inkluż l-iskrutinju mill-Parlamenttas-servizzi ta’ sigurta’ u tal-Europol, r-relazzjoni bejn il-Parlamenti,l-opinjoni pubblika u l-mezzi ta’ kommunikazzjoni, u l-kriżi finanzjarja ul-istabbilità tal-Ewro.
Il-laqgħa li fiha jieħdu seheml-iSpeakers tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Presidenttal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek li għadu kif żar Malta f’viżita uffiċjali,ser tinżamm fil-Parlamenti tal-Belġju bejn it-Tnejn 4 u t-Tlieta 5 ta’ April. Ser jattendu wkoll l-iSpeakers tat-Turkija, l-Kroazja,FYROM, Montenegro u l-Islanda, pajjiżi li jaspiraw li jsiru membri tal-UnjoniEwropea.
L-iSpeakers ser ikunu ukoll l-mistiednatal-Maestà Tiegħu r-Re Albert II tal-Belġju fil-Palazz Rjali ta’ Laeken.
Waqt il-Konferenza, l-iSpeakerMichael Frendo ser ikollu wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ Presidenti ta’Parlamenti Nazzjonali oħrajn fosthom tal-Greċja, ta’ Montenegro u tal-Kroazja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en