IMĦABBAR IL-FTUĦ TA’ STAĠUN LIMITAT GĦALL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA
Illum, il-Gvern ippubblika Avviż Legali li jiftaħstaġun limitat f’Malta għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa għas-sena 2011.
L-istaġun se jiftaħ mill-Erbgħa13 ta’April sas-Sibt 30 ta’ April, iż-żewġ dati inklużi, b’ limitu ta’ kaċċa (national bag) ta’ 9,000 gamiema u 2,500 summiena total ta’ 11,500għasfur. Dan ser isir permezz ta’ ħruġ ta’ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa lill-kaċċaturi kollha li huma eliġibbli li jkunu interessatijapplikaw għal din il-liċenzja speċjali.
Fix-xhur li għaddew, il-Gvernkellu diskussjonijiet intensivi mal-Kummissjoni Ewropea, fejn ħadem bis-sħiħsabiex tintlaħaq soluzzjoni prattika u b'rispett sħiħ għas-sentenza li tatil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Settembru 2009 fil-Każ C-76-08 (Kummissjoni v Malta) u għad-Direttivatal-Għasafar. F’dan il-kuntest irid jiġi nnotat li ntlaħaq qbil mal-Kummissjonidwar il-metodu, bbażat fuq kunsiderazzjoniet xjentifiċi u legali, u li fuqu jista’ jiġi stabbilitl-ammont ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa u fl-istess waqt tkunassigurata s-sostenibbilità tal-ispeċi tal-għasafar li jistgħu jinqabdu. B’hekktkun permessa deroga taħt supervisjoni stretta għall-kaċċa fir-rebbiegħaf’ċerti każijiet.
Il-fatt li Malta irnexxielhatikseb qbil mal-Kummissjoni fuq dawn it-termini huwa fih innifsu eċċezzjonali.Din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qablet ma’ metodu libih tista’ titħaddem deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa f’ċerti każijiet. L-ebdaStat Membru tal-Unjoni Ewropea ma rnexxielu jikseb dan it-tip ta’ qbilmal-Kumissjoni fuq metodu ta’ kif tista’ titħaddemderoga simili tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Il-Gvern ifakkar li bħalagwardjan tat-Trattati, il-Kummissjoni Ewropea hija obbligata li tassigura lil-objettivi tad-Direttiva u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzjajiġu rispettati. Dan jispjega għaliex id-diskussjonijiet ta’ Maltamal-Kummissjoni dwar dan il-punt ħadu daqshekk fit-tul. Waqt in-negozjati,il-Kummissjoni għamlitha ċara li l-pożizzjoni li ġiet maqbula ma’ Malta hija l-absolute maximum acceptable position,jiġifieri tirrapresenta dak li l-Kummissjoni Ewropea l-aktar li qatt tista’tikkonċedi skont is-sentenza tal-Qorti, u li ma jkunx possibbli li jiġu negozjatiparametri aktar favorevoli għall-implimentazzjoni ta’ deroga tal-kaċċafir-rebbiegħa.
F’dan il-kuntest, waradiskussjonijiet tekniċi u legali mal-Kummissjoni, ħareġ illi, fid-deċiżjonidwar deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u l-gamiem Malta m’għandhiextapplika deroga jekk il-qabda tal-ħarifa tal-istaġun li jkun għadda tkun qabżetl-20,000 summiena u 21,000 gamiema. Meta l-qabda tal-ħarifa tkun iżgħar minndawn iċ-ċifri, il-massimu (maximum baglimit) li jista’ jinqabad taħt id-deroga tar-rebbiegħa m’għandux jaqbeżil-5,000 summiena u l-11,000 gamiema. Dan il-maximum bag limit, maħdum fuq il-prinċipju ta’ wieħed fil-mijatal-mortalita annwali tal-gamiem u s-summien rispettivament, għandu jitnaqqasbi proporzjon inversa għall-qabda tal-istaġun tal-ħarifa preċedenti b’tali modli l-massimu ta' 11,000 gamiema u 5,000 summiena jitħalla biss jekk il-qabdatal-istaġun tal-ħarifa ta' qabel tkun ta’ 10,000 summiena u 10,000 gamiema jewinqas.
Għaldaqstant huwa ċar li, filwaqtli Malta rebħet għaliha l-possibilità li tapplika deroga tal-kaċċafir-rebbiegħa f’ċerti każijiet, kull deroga trid tiġi kkunsidrata separatamentkull sena. Kull deroga għandha tikkonsidra l-istat ta’ konservazzjonital-ispeċi fil-kalkolazzjoni tal-massimu ta' għasafar li jistgħu jinqabdu taħttali deroga. Barra dan kull deroga għandha tikkonsidra wkoll il-possibilitajietta’ kaċċa fl-istaġun tal-ħarifa preċedenti meta tiddeċiedi jekk għandhiex tigiapplikata deroga, u fil-kalkolazzjonital-massimu ta' għasafar li jistgħu jinqabdu taħt id-deroga. Finalment,kwalunkwe deroga għandha tassigura l-ħarsien tal-protezzjoni tal-ispeċikkonċernat f’livelli sodisfaċenti.
Ser jittieħdu miżuri partikolarisabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa jkunu osservati bir-reqqa. B’dawn il-miżuri ġodda se jinfetaħstaġun tal-kaċċa sostenibbli fir-rebbiegħa li jkun konformi mal-Artikolu 9tad-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi (Direttiva 79/409/EEC), kif ukollmas-sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fl-10 ta’ Settembru2009 (Każ C-76/08 Commission v Malta).
Kemm ser jinħarġu Liċenzji Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa?
Id-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsiental-Ambjent (MEPA) ser joħroġ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2011għal kull min hu eliġibbli. Dawn il-liċenzji speċjali mhumiex trasferibbli.Sabiex applikant ikun eliġibbli għall-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa, dak l-applikant irid ikollu fil-pussess tiegħu carnet dechasse (liċenzja għall-kaċċa tal-għasafar) valida.
Fejn jista’ wieħed japplika?
L-uffiċċji kollha tal-Maltapostjilqgħu l-applikazzjoni ta’ min hu interessat.
X’inhu l-ħlas marbut mal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa?
Il-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa 2011 tiswa 50 Ewro li jitħallsu mal-applikazzjoni. Il-flus kollha ser imorru fl-infurzartar-regolamenti u f’proġetti ambjentali u ta’ konservazzjoni.
Meta wieħed jista’ japplika?
Wieħed jista’ japplikagħal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2011 bejn it-Tnejn 4 ta’ Aprilu t-Tlieta 5 ta’ April 2011 waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċjutal-Maltapost. Mal-applikazzjoni, kullapplikant irid iħallas il-€ 50 tal-applikazzjoni.
Xi speċi jistgħu jiġu ikkaċċjati?
Il-Kaċċa fir-rebbiegħa 2011 sertiftaħ għal żewġ speċi biss li huma s-summien u l-gamiem.
X’ħin tista’ tiġi pprattikata l-kaċċa fir-rebbiegħa 2011?
Il-kaċċa se tkun permissibblimit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sat-tlieta ta’ waranofsinhar u s-Sibt bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar. L-ebda kaċċama tista’ ssir fil-Ħdud u Festi Pubbliċi.
Kif ser ikun imqassam il-limitu tal-kaċċa (national bag)?
Il-limitu ta’ kaċċa (national bag) jista’ jkun ta’ massimuta’ 5,000 summiena u 11,000 gamiema. Iżda dan il-massimu jista’ jitħalla bissjekk il-qabda tal-istaġun tal-ħarifa ta' qabel tkun ta’ 10,000 summiena u10,000 gamiema jew inqas. Ghalhekk peress li l-qabda tal-istaġun tal-ħarifa2010 kienet għola minn 10,000 fil-każ taż-żewġ speċi l-limitu ta’ kaċċa (national bag) għall-2011 huwa ta’ 9,000gamiema u 2,500 summiena; total ta’ 11,500 għasfur. Biex jiġi rispettatil-limitu ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa 2011, se tingħatakwota tal-kaċċa individwali ta’ massimu ta’ qbid ta’ għasfur wieħed (1)f’ġurnata waħda u massimu ta’ qbid ta’ erba’ (4) għasafar għal kull liċenzja litinħareġ. L-istaġun tal-kaċċa jingħalaq malli jintlaħaq il-limitu (national bag) ta’ għasafar (11,500) lijistgħu jinqabdu. Jekk jintlaħaq il-limitu ta’ speċi waħda ta’ għasafar biss(summien (2,500) jew gammiem (9,000) qabel il-limitu totali, l-istaġunjingħalaq immedjatament b’rispett ta’ l-ispeċi relevanti.
Kif ser jiġiużat is-servizz ta’ messaggi bil-miktub (SMS)?
Kull kaċċatur li jingħata Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa se jkun obbligat sabiex, hekk kif għasfur jiġi maqtul b’xi tir,jinforma immedjatment permezz ta’ servizz ta’ messaġġi bil-miktub (SMS) fuqnumru indikat mid-Direttur. Kull persuna li jkollha Liċenzja għall-Kaċċafir-Rebbiegħa għandha minnufih tiġi wkoll mgħarrfa permezz tas-servizz ta’messaggi bil-miktub (SMS) fuq in-numru indikat minn dik il-persunafl-applikazzjoni għal-Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa, bl-għeluqtal-istaġun kollu jekk jintlaħaq il-limitu nazzjonali u bl-għeluq ta’ taqsima tal-Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa f’każ li jintlaħaq il-limitu ta’speċi waħda.
Kif ser ikun żgurat l-infurzar tal-kundizzjonijiet tal-Liċenzja Speċjaligħall- Kaċċa fir-Rebbiegħa?
Il-Gvern huwa kommess li jżid is-superviżjoni ul-infurzar tal-istaġuni tal-kaċċa biex jiġi aċċertat li jinżammu l-limitital-kaċċa. Se jiżdiedu l-pulizija ngaġġati mal-Unit għall-Infurzartal-Liġi Amministrattiva (ALE), u se jiġu ngaġġatimarixxali tal-kaċċa għall-perjodu tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Għal kull elf (1,000)kaċċatur li jkunu fil-pussess ta’ Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa,għandu jkun hemm fuq ix-xogħol għall-inqas seba’ uffiċjali tal-Pulizija u, jewmarixalli tal-kaċċa matul is-sigħat kollha li fihom ikun miftuħ l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.Barra dawn is-sigħat, għandu jkun hemm għall-inqas żewġ (2) uffiċjali tal-Pulizija u, jew marixalli tal-kaċċamatul il-ħinijet tad-dawl tax-xemx.
Il-kaċċaturi kollha li jingħatawLiċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa se jkunu mistennija jilbsu armband ta’ identifikazzjonifil-ħinijiet kollha tal-kaċċa, kif ukoll li jżommu fuqhom il-Liċenzja Speċjaligħall-Kaċċa fir-Rebbiegħa. L-armbands sejkollhom kulur u numru ta’ identifikazzjoni u għandhom jiffaċilitawl-identifikazzjoni ta’ kull min għandu liċenzja speċjali.
Il-Pulizija, assistita mill-marixxali tal-kaċċa kifjista’ jkun meħtieġ, għandha tkompli twettaq verifiki fuq il-post għall-inqasgħal erba’ ġimgħat wara li jkun beda l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa, sabiexjipprevjenu l-kaċċa illegali. Wara li jkun għalaq l-staġun tal-kaċċafir-Rebbiegħa, għal kull elf (1,000) Liċenza għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa maħruġadik is-sena, għandu jkun hemm fuq ix-xogħol għall-inqas tliet (3) uffiċjalital-Pulizija u, jew marixxali tal-kaċċa matul il-ħinijiet tad-dawl tax-xemx.
Il-kaċċaturi se jkunu obbligati wkollli hekk kif jaqbdu tajra jimlew il-Carnetde Chasse qabel ma jitilqu miż-żona tal-kaċċa.
Il-pulizija mgħejjunamill-marixxalli tal-kaċċa se tagħmel spotchecks regolari biex jiġu sorveljati l-kundizzjonijiet kollha marbuta ma’l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.
Mhu se jiġi ttolerat l-ebda ksurtar-regolamenti. Min jinqabad jikser ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-għotita’ Liċenzji Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa jitlef il-liċenzja speċjalital-kaċċa fir-rebbiegħa u l-liċenzja ġenerali tal-kaċċa u jingħata wkoll penalioħra skond il-liġi, skont is-severitàtal-każ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en