Left arrow Go Back

IMĦABBAR IL-FTUĦ TA’ STAĠUN LIMITAT GĦALL-KAĊĊA FIR-REBBIEGĦA

pr0644
Date Icon 01/04/2011

Illum,  il-Gvern ippubblika Avviż Legali li jiftaħstaġun limitat f’Malta għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa għas-sena 2011.

L-istaġun se jiftaħ mill-Erbgħa13 ta’April sas-Sibt 30 ta’ April, iż-żewġ dati inklużi,  b’ limitu ta’ kaċċa (national bag) ta’ 9,000 gamiema u 2,500 summiena total ta’ 11,500għasfur. Dan ser isir permezz ta’ ħruġ ta’ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa lill-kaċċaturi kollha li huma eliġibbli li jkunu interessatijapplikaw għal din il-liċenzja speċjali.

Fix-xhur li għaddew, il-Gvernkellu diskussjonijiet intensivi mal-Kummissjoni Ewropea, fejn ħadem bis-sħiħsabiex tintlaħaq soluzzjoni prattika u b'rispett sħiħ għas-sentenza li tatil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fl-10 ta’ Settembru 2009 fil-Każ C-76-08 (Kummissjoni v Malta) u għad-Direttivatal-Għasafar. F’dan il-kuntest irid jiġi nnotat li ntlaħaq qbil mal-Kummissjonidwar il-metodu, bbażat fuq kunsiderazzjoniet xjentifiċi  u legali, u li fuqu jista’ jiġi stabbilitl-ammont ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa u fl-istess waqt tkunassigurata s-sostenibbilità tal-ispeċi tal-għasafar li jistgħu jinqabdu. B’hekktkun permessa deroga taħt supervisjoni stretta għall-kaċċa fir-rebbiegħaf’ċerti każijiet.

Il-fatt li Malta irnexxielhatikseb qbil mal-Kummissjoni fuq dawn it-termini huwa fih innifsu eċċezzjonali.Din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qablet ma’ metodu libih tista’ titħaddem deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa f’ċerti każijiet. L-ebdaStat Membru tal-Unjoni Ewropea ma rnexxielu jikseb dan it-tip ta’ qbilmal-Kumissjoni fuq metodu ta’ kif tista’ titħaddemderoga simili tal-kaċċa fir-rebbiegħa.

Il-Gvern ifakkar li bħalagwardjan tat-Trattati, il-Kummissjoni Ewropea hija obbligata li tassigura lil-objettivi tad-Direttiva u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzjajiġu rispettati. Dan jispjega għaliex id-diskussjonijiet ta’ Maltamal-Kummissjoni dwar dan il-punt ħadu daqshekk fit-tul. Waqt in-negozjati,il-Kummissjoni għamlitha ċara li l-pożizzjoni li ġiet maqbula ma’ Malta hija l-absolute maximum acceptable position,jiġifieri tirrapresenta dak li l-Kummissjoni Ewropea l-aktar li qatt tista’tikkonċedi skont is-sentenza tal-Qorti, u li ma jkunx possibbli li jiġu negozjatiparametri aktar favorevoli għall-implimentazzjoni ta’ deroga tal-kaċċafir-rebbiegħa.

F’dan il-kuntest, waradiskussjonijiet tekniċi u legali mal-Kummissjoni, ħareġ illi, fid-deċiżjonidwar deroga tal-kaċċa fir-rebbiegħa għas-summien u l-gamiem Malta m’għandhiextapplika deroga jekk il-qabda tal-ħarifa tal-istaġun li jkun għadda tkun qabżetl-20,000 summiena u 21,000 gamiema. Meta l-qabda tal-ħarifa tkun iżgħar minndawn iċ-ċifri, il-massimu (maximum baglimit) li jista’ jinqabad taħt id-deroga tar-rebbiegħa m’għandux jaqbeżil-5,000 summiena u l-11,000 gamiema. Dan il-maximum bag limit, maħdum fuq il-prinċipju ta’ wieħed fil-mijatal-mortalita annwali tal-gamiem u s-summien rispettivament, għandu jitnaqqasbi proporzjon inversa għall-qabda tal-istaġun tal-ħarifa preċedenti b’tali modli l-massimu ta' 11,000 gamiema u 5,000 summiena jitħalla biss jekk il-qabdatal-istaġun tal-ħarifa ta' qabel tkun ta’ 10,000 summiena u 10,000 gamiema jewinqas.

Għaldaqstant huwa ċar li, filwaqtli Malta rebħet għaliha l-possibilità li tapplika deroga tal-kaċċafir-rebbiegħa f’ċerti każijiet, kull deroga trid tiġi kkunsidrata separatamentkull sena. Kull deroga għandha tikkonsidra l-istat ta’ konservazzjonital-ispeċi fil-kalkolazzjoni tal-massimu ta' għasafar li jistgħu jinqabdu taħttali deroga. Barra dan kull deroga għandha tikkonsidra wkoll il-possibilitajietta’ kaċċa fl-istaġun tal-ħarifa preċedenti meta tiddeċiedi jekk għandhiex tigiapplikata deroga, u  fil-kalkolazzjonital-massimu ta' għasafar li jistgħu jinqabdu taħt id-deroga. Finalment,kwalunkwe deroga għandha tassigura l-ħarsien tal-protezzjoni tal-ispeċikkonċernat f’livelli sodisfaċenti.

Ser jittieħdu miżuri partikolarisabiex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet tal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa jkunu osservati bir-reqqa. B’dawn il-miżuri ġodda se jinfetaħstaġun tal-kaċċa sostenibbli fir-rebbiegħa li jkun konformi mal-Artikolu 9tad-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi (Direttiva 79/409/EEC), kif ukollmas-sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fl-10 ta’ Settembru2009 (Każ C-76/08 Commission v Malta).

Kemm ser jinħarġu Liċenzji Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa?

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsiental-Ambjent (MEPA) ser joħroġ Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2011għal kull min hu eliġibbli. Dawn il-liċenzji speċjali mhumiex trasferibbli.Sabiex applikant ikun eliġibbli għall-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa, dak l-applikant irid ikollu fil-pussess tiegħu carnet dechasse (liċenzja għall-kaċċa tal-għasafar) valida.

Fejn jista’ wieħed japplika?

L-uffiċċji kollha tal-Maltapostjilqgħu l-applikazzjoni ta’ min hu interessat.

X’inhu l-ħlas marbut mal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa?

Il-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa 2011 tiswa 50 Ewro li jitħallsu mal-applikazzjoni.  Il-flus kollha ser imorru fl-infurzartar-regolamenti u f’proġetti ambjentali u ta’ konservazzjoni.

Meta wieħed jista’ japplika?

Wieħed jista’ japplikagħal-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2011 bejn it-Tnejn 4 ta’ Aprilu t-Tlieta 5 ta’ April 2011 waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċjutal-Maltapost.  Mal-applikazzjoni, kullapplikant irid iħallas il-€ 50 tal-applikazzjoni.

Xi speċi jistgħu jiġu ikkaċċjati?

Il-Kaċċa fir-rebbiegħa 2011 sertiftaħ għal żewġ speċi biss li huma s-summien u l-gamiem.

X’ħin tista’ tiġi pprattikata l-kaċċa fir-rebbiegħa 2011?

Il-kaċċa se tkun permissibblimit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sat-tlieta ta’ waranofsinhar u s-Sibt bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar. L-ebda kaċċama tista’ ssir fil-Ħdud u Festi Pubbliċi.

Kif ser ikun imqassam il-limitu tal-kaċċa (national bag)?

Il-limitu ta’ kaċċa (national bag) jista’ jkun ta’ massimuta’ 5,000 summiena u 11,000 gamiema. Iżda dan il-massimu jista’ jitħalla bissjekk il-qabda tal-istaġun tal-ħarifa ta' qabel tkun ta’ 10,000 summiena u10,000 gamiema jew inqas. Ghalhekk peress li l-qabda tal-istaġun tal-ħarifa2010 kienet għola minn 10,000 fil-każ taż-żewġ speċi l-limitu ta’ kaċċa (national bag) għall-2011 huwa ta’ 9,000gamiema u 2,500 summiena; total ta’ 11,500 għasfur. Biex jiġi rispettatil-limitu ta’ għasafar li jistgħu jinqabdu fir-rebbiegħa 2011, se tingħatakwota tal-kaċċa individwali ta’ massimu ta’ qbid ta’ għasfur wieħed (1)f’ġurnata waħda u massimu ta’ qbid ta’ erba’ (4) għasafar għal kull liċenzja litinħareġ. L-istaġun tal-kaċċa jingħalaq malli jintlaħaq il-limitu (national bag) ta’ għasafar (11,500) lijistgħu jinqabdu. Jekk jintlaħaq il-limitu ta’ speċi waħda ta’ għasafar biss(summien (2,500) jew gammiem (9,000) qabel il-limitu totali, l-istaġunjingħalaq immedjatament b’rispett ta’ l-ispeċi relevanti.

Kif ser jiġiużat is-servizz ta’ messaggi bil-miktub (SMS)?

Kull kaċċatur li jingħata Liċenzja Speċjali għall-Kaċċafir-Rebbiegħa se jkun obbligat sabiex, hekk kif għasfur jiġi maqtul b’xi tir,jinforma immedjatment permezz ta’ servizz ta’ messaġġi bil-miktub (SMS) fuqnumru indikat mid-Direttur. Kull persuna li jkollha Liċenzja għall-Kaċċafir-Rebbiegħa għandha minnufih tiġi wkoll mgħarrfa permezz tas-servizz ta’messaggi bil-miktub (SMS) fuq in-numru indikat minn dik il-persunafl-applikazzjoni għal-Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa, bl-għeluqtal-istaġun kollu jekk jintlaħaq il-limitu nazzjonali u bl-għeluq ta’ taqsima tal-Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa f’każ li jintlaħaq il-limitu ta’speċi waħda.

Kif ser ikun żgurat l-infurzar tal-kundizzjonijiet tal-Liċenzja Speċjaligħall- Kaċċa fir-Rebbiegħa?

Il-Gvern huwa kommess li jżid is-superviżjoni ul-infurzar tal-istaġuni tal-kaċċa biex jiġi aċċertat li jinżammu l-limitital-kaċċa. Se jiżdiedu l-pulizija ngaġġati mal-Unit għall-Infurzartal-Liġi Amministrattiva (ALE), u se jiġu ngaġġatimarixxali tal-kaċċa għall-perjodu tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Għal kull elf (1,000)kaċċatur li jkunu fil-pussess ta’ Liċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa,għandu jkun hemm fuq ix-xogħol għall-inqas seba’ uffiċjali tal-Pulizija u, jewmarixalli tal-kaċċa matul is-sigħat kollha li fihom ikun miftuħ l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.Barra dawn is-sigħat, għandu jkun hemm għall-inqas żewġ (2) uffiċjali tal-Pulizija u, jew marixalli tal-kaċċamatul il-ħinijet tad-dawl tax-xemx.

Il-kaċċaturi kollha li jingħatawLiċenzja Speċjali għall- Kaċċa fir-Rebbiegħa se jkunu mistennija jilbsu armband ta’ identifikazzjonifil-ħinijiet kollha tal-kaċċa, kif ukoll li jżommu fuqhom il-Liċenzja Speċjaligħall-Kaċċa fir-Rebbiegħa. L-armbands sejkollhom kulur u numru ta’ identifikazzjoni u għandhom jiffaċilitawl-identifikazzjoni ta’ kull min għandu liċenzja speċjali.

Il-Pulizija, assistita mill-marixxali tal-kaċċa kifjista’ jkun meħtieġ, għandha tkompli twettaq verifiki fuq il-post għall-inqasgħal erba’ ġimgħat wara li jkun beda l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa, sabiexjipprevjenu l-kaċċa illegali. Wara li jkun għalaq l-staġun tal-kaċċafir-Rebbiegħa, għal kull elf (1,000) Liċenza għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa maħruġadik is-sena, għandu jkun hemm fuq ix-xogħol għall-inqas tliet (3) uffiċjalital-Pulizija u, jew marixxali tal-kaċċa matul il-ħinijiet tad-dawl tax-xemx.

Il-kaċċaturi se jkunu obbligati wkollli hekk kif jaqbdu tajra jimlew il-Carnetde Chasse qabel ma jitilqu miż-żona tal-kaċċa.

Il-pulizija mgħejjunamill-marixxalli tal-kaċċa se tagħmel spotchecks regolari biex jiġu sorveljati l-kundizzjonijiet kollha marbuta ma’l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa. 

Mhu se jiġi ttolerat l-ebda ksurtar-regolamenti. Min jinqabad jikser ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-għotita’ Liċenzji Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa jitlef il-liċenzja speċjalital-kaċċa fir-rebbiegħa u l-liċenzja ġenerali tal-kaċċa u jingħata wkoll penalioħra skond  il-liġi, skont is-severitàtal-każ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow