IR-REBBIEGĦA TIBDA B’FESTA TAL-FROTT FIL-ĠONNA TA’ SAN ANTON
Bdiet ir-Rebbiegħa, u l-Kunsilli Lokali reġgħu bdew jorganizzaw numru ta’attivitajiet li permezz tagħhom jippromwovu l-identità u l-karatteristiċital-lokalitajiet tagħhom. Nhar il-Ħadd 3 ta’ April, il-Kunsilli Lokali ta'Ħ'Attard u Ħal Balzan se jkunu qed jorganizzaw Festa tal-Frott fil-Ġonnatal-Palazz San Anton. Se jkun hemm bejgħ ta' frawli, frott, ħaxix u ħelumagħmul mill-frawli kif ukoll ikel bnin magħmul mill-kċina tal-President,logħob għat-tfal, kant u żfin folkloristiku kif ukoll is-sehem tal-banedtal-lokal. Parti mill-qliegħ sa jmur għall-Malta Community ChestFund.
Id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-KunsilliLokali Chris Said li flimkien mas-Sindku ta’ Ħal Balzan John Zammit Montebello,mal-Viċi Sindku ta’ Ħ’Attard Stefan Cordina u ma’ uffiċjali mill-Uffiċċjutal-President indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet dwar l-attività. Din setilħaq il-qofol tagħha bejn l-10 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li taħt l-iskema Inizjattivi ta’Attivitajiet 2011, din is-sena qed jiġu organizzati total ta’ 56 attivitàkulturali. L-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011tinvolvi kwart ta’ miljun Ewro u qed tkun amministrata bi sħab bejnid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. Din hit-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern qed iħaddem skema ta’ għajnunafinanzjarja biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi u jorganizzawattivitajiet li jippromwovu l-identità u l-wirt storiku u kulturalital-komunitajiet rispettivi.
L-attivitajiet li se jsiru jinkludu 42 f’Malta u 14 f’Għawdex. 51 attivitàhuma organizzati bejn 46 Kunsill Lokali, filwaqt li ħames attivitajiet humaorganizzati minn erba’ Kumitati Amministrattivi.
L-attivita Festa tal-Frott qed issir bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat PArlamentari ghal-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Palazz tal-President u Frott Artna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en