INVESTIMENT TA’ AKTAR MINN €30M FIL-FAĊILITÀ TAT-TISWIJA TAS-SUPERYACHTS
Bl-investiment tal-kumpanija Palumbo fil-faċilitàtat-tiswija tas-superyachts, Malta se tkompli ssaħħaħ il-kwalità tal-prodott us-servizz li toffri fis-settur marittimu u speċifikament f’dak tal-yachting,li qed jirriżulta dejjem akbar f’sors importanti ta’ tkabbir ekonomiku uħolqien ta’ mpjiegi f’pajjiżna. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech waqt li kien imdawwar mal-faċilitajiet fl-Isla.
Il-Ministru spjega li kien hemm żewġ offerentigħal din il-konċessjoni, bl-offerta ta’ Palumbo tikkonsisti f’pagament immedjatta’ €7.5 miljun u kirja annwali ta’ €0.5million, li tiżdied b’15% kull 5 snin.Dan ifisser valur totali ta’ €29.4, li maħduma fuq bażi ta’ net present value jammonta għal€14.4miljun.
L-offerta l-oħra kienet tinkludi pagamentinizjali ta’ €6,010,000 u kirja ta’ €475,000 li tiżdied b’15% kull 5 snin. Daniwassal għal valur totali ta’ €26.8m, li maħduma fuq bażi ta’ net present value jammonta għal€12.6miljun.
Palumbo se tkun qed tinvesti minimu ta’ €3.6mfit-titjib tal-istess faċilitajiet.
Il-Ministru Fenech esprima l-konvinzjoni tiegħuli l-kumpanija Palumbo se jirnexxilha tagħmel suċċess fl-operat tagħha tas-Superyachts, bl-istess mod kif qedjirnexxilha tattira ammont tajjeb ta’ xogħol fil-faċilitajiet tat-tiswijatal-vapuri.
Tonio Fenech saħaq li dan għandu joffri aktaropportunitajiet għal bosta ħaddiema Maltin li għandhom kapaċitajiet tal-għolakwalità, b’mod partikolari f’xogħol marbut mas-settur marittimu.
Waqt l-istess żjara, id-Direttur Maniġerjalital-kumpanija, is-Sur Antonio Palumbo, informa lil dawk preżenti li l-kumpanijakienet qed taħdem biex iġġib aktar xogħol mit-tarzni tagħha f’Napli, b’modpartikolari xogħol marbut mhux biss mat-tiswija iżda anke mal-bini ta’ superyachts.
Il-Ministru Tonio Fenech kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u Negozji Żgħar Jason Azzopardi.Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en