Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr0534
Date Icon 18/03/2011

Il-Kunsilli Lokali jħaddmu l-iskema tal-PPP fit-toroq b’suċċess u jxejnu l-argumenti tal-Oppożizzjoni u l-Gvern iħabbar lista ta’ 202 triq residenzjali li se jsiru sa nofs l-2012

L-iskema tal-Public Private Partnership għat-toroq imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qed tgħin bil-fatti lill-Kunsilli Lokali jagħmlu xogħlijiet biex itejbu l-qafas tat-toroq fil-lokalitajiet tagħhom.

Il-Kunsill Lokali tal-Għargħur diġa lesta s-seba’ toroq li kellu jagħmel permezz ta’ din l-iskema. Il-Kunsill Lokali tas-Swieqi lesta 15 minn 23 triq fil-Madliena. Il-bqija tat-toroq qed isiru bħalissa. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija wkoll lesta tnejn mit-tliet toroq li applika biex jagħmilhom bl-iskema tal-PPP. Il-Kunsill Lokali tal-Mqabba lesta 12 mit-toroq li għalihom akkwista fondi mingħand il-Gvern. F’lokalitajiet bħal Birkirkara, Ħad Dingli u n-Nadur, bħal f’ħafna lokalitajiet oħra, ix-xogħlijiet fit-toroq qed isiru bħalissa. Fil-każ ta’ lokalitajiet bħal San Pawl il-Baħar, il-Kalkara, u San Ġiljan, it-tender kien aġġudikat u x-xogħol mistenni jibda f’qasir żmien.

Dan kollu juri kemm il-kelliema tal-Oppożizzjoni m’għandomx raġun meta jitkellmu dwar ix-xogħlijiet fit-toroq residenzjali li qed isiru mill-Kunsilli Lokali bl-iskema tal-PPP imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari tal-Kunsilli Lokali.

Id-deputati tal-Oppożizzjoni Charles Buhagiar u Stefan Buontempo huma għal kollox maqtugħin mir-realtà, jagħmlu argumenti superfiċjali u ma jivverifikawx il-fatti qabel jitkellmu.

Id-deputati tal-Oppożizzjoni lanqas jafu kif taħdem il-proċedura tal-PPP u li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali għandhom garanzija li jingħataw il-flus mingħand il-Gvern meta x-xogħol ikun ċertifikat li jkun sar, u mhux qabel jibda x-xogħol. Din waħidha wkoll hi garanzija li x-xogħol isir u li l-ħlasijiet jinħarġu skont ix-xogħol li jkun sar.

Il-fatt li ħafna Kunsilli Lokali qed ilestu x-xogħlijiet fit-toroq skont kif ipprogrammat minnhom stess juri li l-iskema tal-PPP hi suċċess mhux kif ippruvaw jimplikaw il-kelliema tal-Oppożizzjoni.

Sadanittant, il-Gvern, hu kommess li sa nofs is-sena d-dieħla jagħmel 202 triq residenzjali ġdida.

Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, permezz ta’ Transport Malta għamel eżerċizzju li fih talab lill-Kunsilli Lokali biex jiddentifikaw lista ġdida ta’ toroq li s’issa qatt ma saru u li fihom hemm 70 fil-mija jew aktar tar-residenzi mibnija.

L-ispiża globali għalk dawn l-202 toroq hija ta’ €7.85 miljun.

Mil-lista ta’ 202 toroq hemm aktar minn nofshom, 136 triq li qed isiru jew se jsiru f’lokalitajiet b’maġġoranza tal-Oppożizzjoni.

Barra minn hekk, Transport Malta qed tħaddem framework agreement ġdid biex il-proċess ta’ l-għoti tax-xogħol ma jxekkilx mill-bini ta’ toroq ġodda.

Tul din is-sena biss diġà saru 13-il triq u bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ bini fi 17-il triq oħra.

L-Oppożizzjoni qed tipprova biss titfa’ t-tajn u tinjora x-xogħol siewi li qed isir f’kull lokalità.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow