Left arrow Mur Lura

TISĦIĦ FIS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA F’GĦAWDEX PERMEZZ TAL-INAWGURAZZJONI TAD-DIPARTIMENT TAR-RADJOLOĠIJA FL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX

pr0529
Date Icon 18/03/2011

‘Id-Dipartiment ġdid tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser ikompli jsaħħaħ il-kwalità u n-numru tas-servizzi tas-saħħa fil-gżira ta’ Għawdex. Dan permezz ta’ apparat diġitali modern li jixraq lil sptar reġjonali fiż-żminijiet tal-lum.’ Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, waqt l-inawgurazzjoni ta’ Dipartiment tar-Radjoloġija ġdid fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Permezz ta’ dan il-proġett dak li kien servizz tar-radjoloġija mogħti permezz ta’ X-ray screening machine nbidel f’dipartiment li jinkludi ħames taqsimiet, li permezz tagħhom ġew imtejba konsiderevolment is-servizzi ta’ qabel filwaqt li qed jintroduċi servizzi ġodda li jgħollu l-livelli tas-servizzi radjoloġiċi fil-gżira ta’ Għawdex. Dan bis-saħħa ta’ apparat diġitali mill-aktar modern li jiffaċilita riżultati aktar dettaljati b’aktar effiċjenza.

Dan l-apparat jinkludi Skeletal Digital X-ray unit, Digital Radiography/Fluoroscopy Unit, Ultrasound unit with colour Doppler, Direct Digital Mammography Unit u Spiral CT Scan 64-slice. Bis-saħħa taż-żewġ units ġodda qed jiġu introdotti għall-ewwel darba f’Għawdex is-servizzi tal-mammografija u dawk ta’ CT Scanning. Pazjenti Għawdxin sa issa kien ikollhom imorru għal dawn it-testijiet fl-isptar Mater Dei. Għalhekk minbarra li ser ikunu qegħdin inaqqsu l-inkonvenjent għall-pazjenti Għawdxin dan ser jirriżulta wkoll fi tnaqqis ta’ pressjoni fuq is-servizzi tal-isptar f’Malta. Il-Mammography Unit diġà bdiet tintuża biex nisa Għawdxin jipparteċipaw fin-National Breast Screening Programme. L-ispiral CT Scanner 64 slice tagħti immaġini tri-dimensjonali ferm dettaljati li jwasslu għal diversi riżultati permezz ta’ test wieħed. Barraminhekk għandha wkoll faċilitajiet li jippermettu investigazzjonijiet oħra fosthom anġjografiji. 

Fid-diskors tagħha l-Ministru Giovanna Debono fissret kif dan il-proġett intensiv kien jeħtieġ ħidma koordinata li kienet tinkludi laqgħat u xogħol marbuta mal-proġettazzjoni, kwantifikazzjoni, finanzjament u xogħol ieħor li wassal biex inkiseb ir-riżultat mixtieq. Dan kien jinkludi ristrutturar estensiv tal-post biex ikun jista’ jakkomoda l-eżiġenzi li se jkunu rikjesti minn dan id-dipartiment. Il-Ministru għal Għawdex fissret kif il-proġett li ġie inawgurat fisser investiment komplessiv ta’ kważi €3.5 miljun Ewro.

It-twaqqif tad-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex  huwa parti minn proġett akbar li qed igawdi minn kofinanzjamnet ta’ €3.2 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u jinkludi wkoll ir-ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet ġewwa dan l-isptar. €2.2 miljun minn dawn il-fondi ġew allokati għax-xiri u l-installazzjoni ta’ lead shielding u l-apparat diġitali ġdid. Għalhekk il-proġett kien jinħtieġ ukoll investiment ta’ madwar €300,000 biex jiġi mwettaq xogħol strutturali, installazzjoni ta’ servizzi ġodda u rfinar.

Il-Ministru għal Għawdex ħabbret ukoll li sar investiment ta’ madwar miljun ewro oħra biex inxtara apparat u ġew installati l-istess sistemi li hemm fl-isptar Mater Dei (IHIS). B’hekk riżultati mid-Dipartiment tar-Radjoloġija fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ikunu jistgħu jintbagħtu u jinqraw mill-Isptar Mater Dei fi ftit ħin. Dan jgħodd ukoll biex riżultati ta’ testijiet li jsiru fl-isptar Mater Dei jkunu aċċessibbli mill-isptar f’Għawdex. Barraminhekk investiment ieħor ta’ nofs miljun ewro ser jippermetti li din il-proċedura tintuża wkoll mil-laboratorji fiż-żewġ sptarijiet.

‘Il-Ministeru għal Għawdex qed ikompli jinvesti f’aktar titjib biex l-istruttura u s-servizzi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li issa ilu jopera għal aktar minn 35 sena,  ikomplu jiġu aġġornati biex jiġu msaħħa dejjem aktar is-servizzi tas-saħħa li jingħataw fuq il-gżira ta’ Għawdex’, temmet tgħid il-Ministru Giovanna Debono.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow