Left arrow Mur Lura

L-ISTORJA TA’ SUĊĊESS TA’ INTRAPRIŻA MALTIJA TKOMPLI TIKBER B’INVESTIMENT ĠDID U ESPORTAZZJONI TAL-PRODOTT FL-EWROPA U L-LVANT NOFSANI

pr0519
Date Icon 17/03/2011

L-ekonomija Maltija fl-2010 tikber b’3.7%, ix-xogħol fl-aħħar kwart tal-2010 jiżdied b’3.4%

“Twistees hija storja oħra ta’ suċċess ta’ intrapriża Maltija, bi storja ta’ aktar minn erbgħin sena li kienet kapaċi tadatta għaż-żminijiet billi tinvesti f’teknoloġija moderna u tħares lejn swieq barranin biex tesporta l-prodotti tagħha.” Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara fil-fabbrika ta’ Darryl Lea Foods fil-Marsa.

Waqt din iż-żjara, fejn il-Ministru ddawwar mal-fabbrika miċ-Chairman tal-kumpanija, Ray Calleja, kien spjegat li l-kumpanija tipproduċi mal-35,000 pakkett kuljum. Hija investiet fil-makkinarju tagħha biex issir aktar effiċjenti fil-produzzjoni tagħha u tħares lejn swieq barranin fosthom ir-Renju Unit u l-Irlanda iżda anke l-Lvant Nofsani biex tesporta l-prodotti tagħha. Il-Ministru Fenech esprima l-apprezzament tiegħu għall-fatt li l-kumpanija tipparteċipa f’għadd ta’ delegazzjonijiet kummerċjali organizzati mill-Malta Enterprise biex tfittex li tkompli tespandi n-netwerk ta’ pajjiżi fejn tesporta dan il-pakkett tradizzjonali Malti. Huwa nnota wkoll l-isforzi tagħha biex tlaħħaq mal-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-manifattura biex tibqa’ kompetittiva u tipprovdi l-aħjar kwalità tal-prodott.

Tonio Fenech irrimarka kif dawn l-istejjer ta’ suċċess qed jippermettu lill-ekonomija ta’ pajjiżna biex tkompli tikber. Filfatt, fl-2010 l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’3.7%. L-aktar importanti, żied il-Ministru, kien il-fatt li dan it-tkabbir ġie rifless f’żieda fl-impjiegi. Skont statistika ppubblikat t-Tlieta li għadda mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-aħħar kwart tal-2010, Malta kellha l-akbar żieda fl-impjiegi fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,  bi 3.4%.

Il-Ministru Tonio Fenech kien akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi u miċ-Chairman tal-Malta Enterprise Alan Camilleri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow