Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ONOR LEO BRINCAT

pr0509
Date Icon 15/03/2011

Il-Gvern se jagħlaq il-Power Station tal-Marsa bħalma għalaq l-inċineratur ta’ San Luqa, il-miżbla tal-Magħtab u l-miżbla tal-Qortin

Il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment itenni dak li qal f’dawn l-aħħar jiem, li l-Gvern se jagħlaq il-Power Station tal-Marsa darba għal dejjem.  Il-Gvern diġà għalaq postijiet oħra li kienu sors ta’ tniġġis fosthom l-inċineratur tal-Isptar San Luqa, il-miżbliet tal-Magħtab u l-miżbla tal-Qortin.  L-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-arja hu ċar u konsitenti. 

Id-deċiżjonijiet u l-investimenti li qed jagħmel il-Gvern kollha jwasslu għal għeluq tal-Power Station. 

L-Oppożizzjoni f’kull okkażżjoni li kellha għamlet il-bsaten fir-roti għall-investimenti ġodda biex pajjiżna jiġġenera elettriku minn sorsi nodfa u minn sorsi li jniġġsu anqas: 

• L-Oppożizzjoni opponiet l-investiment f’Delimara li qed isir skont standards ambjentali Ewropej

• L-Oppożizzjoni issa qed tipprova tiżra d-dubju anki dwar l-interconnerctor

• Meta sar l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’Antnin biex mill-iskart jibda jiġi ġenerat l-elettriku, Dr Joseph Muscat għamel kampanja qalila kontra l-immodernizzar tant li ħadem biex l-Unjoni Ewropea twaqqaf il-fondi għal dan il-proġett

• Meta l-Gvern ħabbar li se jsir studju dwar il-windfarms biex mir-riħ jiġi ġenerat l-elettriku, il-Kap tal-Oppozizzjoni beda jbeżża lill-bdiewa

Il-Gvern baqa’ determinat li jinvesti biex l-enerġija tiġi ġenerata bl-aħjar mod, u b’hekk titjib il-kwalità tal-arja.

Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalità tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawża anqas tniġġis fiż-żmien temporanju li baqgħalha.   Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur.    Li kieku għaddiet tal-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat dwar Delimara, kien ifisser li l-Power Station tal-Marsa trid tibqa’ miftuħa.

L-istrateġija tal-Oppożizzjoni tibqa’ li tfixkel kull investiment li jsir favur l-iżvilupp u l-immodernizzar ta’ pajjiżna. L-Oppożizzjoni dejjem kienet kontra jew xeħtet dubji fuq investimenti li jiggarantixxu s-sostenibbiltà tal-ġenerazzjoni tal-enerġija f’pajjiżna.  L-Oppozizzjoni bl-istrategija tagħha qed turi li ma jinteressahiex mill-postijiet tax-xogħol.  Ix-xogħol ikompli jinħoloq f’pajjiżna bi provvista tajba ta’ elettriku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow