Left arrow Go Back

TIŻDIED L-EFFIĊJENZA FIL-PRODUTTIVITÀ TAL-ĦALIB

pr0505
Date Icon 15/03/2011

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino, flimkien mal-Assistent Parlamentari Philip Mifsud, żar razzett tal-baqar fejn ingħataw dettalji dwar l-avvanz li sar f’dan is-settur f’dawn l-aħħar 3 snin. Permezz ta’ programm ta’ ristrutturar li sar f’dawn it-tliet snin, illum insibu anqas baqar filwaqt li l-produzzjoni tal-ħalib żdiedet u tjiebet il-kwalità.

F’dawn l-aħħar tliet snin ingħatat għajnuna li tlaħħaq €3 miljun. Din l-għajnuna serviet sabiex ir-raħħala jtejbu l-merħla li għandhom, jonqas l-ammont ta’ baqar u jonqsu l-problemi ta’ nitrati. Il-merħla saret ukoll aktar b’saħħitha u aktar produttiva, fejn żdied ukoll il-volum tal-ħalib.

L-effiċjenza fis-settur tal-ħalib tjiebet b’8.2%, jiġifieri kull baqra qed tagħti mal-kilo ħalib frisk aktar kuljum. Fl-2003 konna nipproduċu 40 miljun kilo ta’ ħalib fis-sena, filwaqt li llum nipproduċu 42 miljun kilo ta’ ħalib fis-sena. Dan seħħ minkejja l-fatt li l-baqar għall-produzzjoni tal-ħalib naqsu b’8.8%.

“Dan juri li dan is-settur irrisponda tajjeb għar-ristrutturar kemm bit-tibdil tal-merħla kif ukoll bl-investiment li sar u li qiegħed isir fil-maġġoranza tal-irziezet bl-għajnuna finanzjarja mogħtija kemm mill-Gvern kif ukoll minn fondi Ewropej. L-avvanz li sar jitkellem waħdu, u hu għalhekk li l-ħalib Malti ngħata l-marka ta’ kwalità, l-Oval Mark” sostna l-Ministru Pullicino.

Fejn qabel kont tara l-baqar fl-irziezet l-antiki jorqdu fuq id-demel tagħhom stess, illum tara l-baqar jorqdu fuq speċi ta’ bankina insulated u fuq saqqu tal-lastiku sabiex il-baqra ma tmissx mad-demel. Hemm ukoll magna li tagħmel il-massaġġi lil baqar. Dan kollu qed iwassal biex il-baqar ikunu aktar kuntenti u  jipproduċu aktar ħalib. Sar avvanż ukoll fis-sistema tat-tindif u bdew jintużaw l-iscrapers u sistema fejn l-art tinkines biex  fejn ikunu l-baqar l-art tibqa’ xotta.

Ir-raħħala fl-aħħar xhur ingħataw ukoll għajnuna fuq l-investimenti fl-irziezet tagħhom mill-pjan għall-iżvilupp rurali. Madwar 60 raħħal tal-baqar, tan-nagħaġ u tal-mogħoż ingħataw bejniethom mal-€5 miljun. Din l-għajnuna kienet tlaħħaq nofs l-ispiża totali r-raħħal u għalhekk b’kollox l-investiment fl-irziezet laħaq l-€10 miljun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow