Left arrow Mur Lura

LAQGĦAT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-MICRO INVEST – SKEMA TA’ TNAQQIS MIT-TAXXA GĦAS-SIDIEN TAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR

pr0498
Date Icon 15/03/2011

Minn għada se jibdew sensiela ta’ laqgħat ta’ djalogu mal-operaturi SME li ser ikunu indirizzati mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u mis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li fihom ser ikun hemm rappreżentanti mill-Malta Enterprise biex jagħtu informazzjoni dwar din l-iskema. Il-MicroInvest, li hija waħda minn numru ta’ inizjattivi li tħabbru fl-aħħar baġits, tappoġġja lis-sidien tan-negozju biex jinvestu fin-negozju tagħhom filwaqt li jgawdu minn tnaqqis mit-taxxa.

Dawn ser isiru kif ġej:

16 ta’ Marzu 14.30 St. Helen’s Parish Hall   Birkirkara

18 ta’ Marzu 14.30 Dar Arka Għajnsielem, Għawdex

21 ta’ Marzu 14.30 Sala Alleluja (ħdejn it-Torri Wignacourt)  San Pawl il-Baħar

22 ta’ Marzu 14.30 Sala tas-Sależjani (ħdejn Dingli Circus) Ta’ Sliema

23 ta’ Marzu    14.30 Kunsill Lokali Paola    Paola

29 ta’ Marzu 14.30 Dar l-Ewropa (Triq San Pawl)  Valletta

Fl-aħħar jiem tqassam ukoll fuljett għand l-SMEs kollha jagħti informazzjoni dwar l-iskema nnifisha u l-laqgħat.  Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2542 0000.

MicroInvest

L-iskema Microinvest li hija skema li tħabbret fil-Budget 2010, tagħti l-opportunità lill-operaturi micro u self employed jagħmlu investiment fin-negozju tagħhom, filwaqt li l-Gvern permezz ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 40%, li filkaż ta’ Għawdex jitilgħu għal 60%, fuq l-investiment li jsir bejn l-1 ta’ Jannar 2010, u l-31 ta’ Diċembru 2011.

Dawk li jistgħu jgawdu mit-tnaqqis fl-income tax jinkludu mastrudaxxi, tellara, sprayers, kumpaniji tal-aluminium, furnara, tapezzara, stamperiji, sidien ta’ grocer, sidien tal-ħwienet kollha, bejjiegħa tal-monti, street hawkers, sidien ta’ kjosks tal-festi, sidien ta’ childcare centres, kaħħala, electricians, plumbers, esportaturi u importaturi, sidien ta’ kumpaniji fil-qasam tal-kostruzzjoni, persuni li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi ta’ tiswija tal-computers, artiġjani, jewellers,  arluġġara, estate agents, kumpaniji tar-riklamar, fotografi, sidien ta’ gyms, sidien ta’ wine bars, bars u ristoranti, kumpaniji tal-assigurazzjoni, operaturi ta’ kliniċi privati, accountants, nutara, periti, tobba, avukati, dentisti, spiżjara, hairdressers, beauticians u ħafna oħrajn magħhom.

Fost it-tipi ta’ investiment li huma eleġibbli għal din l-iskema hemm: tisbiħ u innovazzjoni ta’ ħwienet; xiri ta’ makkinarju, u investiment f’tekonoloġija ġdida; xiri ta’ makkinarju jew tekonoloġija li ttejjeb l-effiċjenza fl-enerġija; investiment li jwasslu li l-operatur jiġi iżjed konformi ma’ regolamenti ta’ Health and Safety, Direttivi Ambjentali, u Aċċess; ix-xiri ta’ vettura (1) li tintuża għall-ġarr tal-prodotti u ż-żieda fl-impjiegi minn Settembru 2009 ’l hawn. 

Din l-iskema hija miftuħa għal negozji micro jew self employed li għandhom turnover ta’ inqas minn €2miljun u jistgħu jiffrankaw sa €25,000 mit-taxxa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow