LAQGĦAT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-MICRO INVEST – SKEMA TA’ TNAQQIS MIT-TAXXA GĦAS-SIDIEN TAN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR
Minn għada se jibdew sensiela ta’ laqgħat ta’ djalogu mal-operaturi SME li ser ikunu indirizzati mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech u mis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li fihom ser ikun hemm rappreżentanti mill-Malta Enterprise biex jagħtu informazzjoni dwar din l-iskema. Il-MicroInvest, li hija waħda minn numru ta’ inizjattivi li tħabbru fl-aħħar baġits, tappoġġja lis-sidien tan-negozju biex jinvestu fin-negozju tagħhom filwaqt li jgawdu minn tnaqqis mit-taxxa.
Dawn ser isiru kif ġej:
16 ta’ Marzu 14.30 St. Helen’s Parish Hall Birkirkara
18 ta’ Marzu 14.30 Dar Arka Għajnsielem, Għawdex
21 ta’ Marzu 14.30 Sala Alleluja (ħdejn it-Torri Wignacourt) San Pawl il-Baħar
22 ta’ Marzu 14.30 Sala tas-Sależjani (ħdejn Dingli Circus) Ta’ Sliema
23 ta’ Marzu 14.30 Kunsill Lokali Paola Paola
29 ta’ Marzu 14.30 Dar l-Ewropa (Triq San Pawl) Valletta
Fl-aħħar jiem tqassam ukoll fuljett għand l-SMEs kollha jagħti informazzjoni dwar l-iskema nnifisha u l-laqgħat. Għal iżjed informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 2542 0000.
MicroInvest
L-iskema Microinvest li hija skema li tħabbret fil-Budget 2010, tagħti l-opportunità lill-operaturi micro u self employed jagħmlu investiment fin-negozju tagħhom, filwaqt li l-Gvern permezz ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 40%, li filkaż ta’ Għawdex jitilgħu għal 60%, fuq l-investiment li jsir bejn l-1 ta’ Jannar 2010, u l-31 ta’ Diċembru 2011.
Dawk li jistgħu jgawdu mit-tnaqqis fl-income tax jinkludu mastrudaxxi, tellara, sprayers, kumpaniji tal-aluminium, furnara, tapezzara, stamperiji, sidien ta’ grocer, sidien tal-ħwienet kollha, bejjiegħa tal-monti, street hawkers, sidien ta’ kjosks tal-festi, sidien ta’ childcare centres, kaħħala, electricians, plumbers, esportaturi u importaturi, sidien ta’ kumpaniji fil-qasam tal-kostruzzjoni, persuni li jaħdmu fil-qasam tas-servizzi ta’ tiswija tal-computers, artiġjani, jewellers, arluġġara, estate agents, kumpaniji tar-riklamar, fotografi, sidien ta’ gyms, sidien ta’ wine bars, bars u ristoranti, kumpaniji tal-assigurazzjoni, operaturi ta’ kliniċi privati, accountants, nutara, periti, tobba, avukati, dentisti, spiżjara, hairdressers, beauticians u ħafna oħrajn magħhom.
Fost it-tipi ta’ investiment li huma eleġibbli għal din l-iskema hemm: tisbiħ u innovazzjoni ta’ ħwienet; xiri ta’ makkinarju, u investiment f’tekonoloġija ġdida; xiri ta’ makkinarju jew tekonoloġija li ttejjeb l-effiċjenza fl-enerġija; investiment li jwasslu li l-operatur jiġi iżjed konformi ma’ regolamenti ta’ Health and Safety, Direttivi Ambjentali, u Aċċess; ix-xiri ta’ vettura (1) li tintuża għall-ġarr tal-prodotti u ż-żieda fl-impjiegi minn Settembru 2009 ’l hawn.
Din l-iskema hija miftuħa għal negozji micro jew self employed li għandhom turnover ta’ inqas minn €2miljun u jistgħu jiffrankaw sa €25,000 mit-taxxa.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en