IL-PRIM MINISTRU JILTAQA’ MAL-MCESD
Illum il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ltaqa’ mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali f’laqgħa li saret fil-Berġa ta’ Kastilja. Matul il-laqgħa ġiet diskussa s-sitwazzjoni fil-Libja u fir-reġjun u l-impatt ekonomiku li din is-sitwazzjoni tħalli fuq pajjiżna.
Il-Prim Ministru fl-introduzzjoni tal-laqgħa qal li s-sitwazzjoni hi gravissima u viċina tagħna ħafna aktar mill-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. L-ekonomija Maltija kienet kapaċi tirkeb ir-riċessjoni, iżda s-sitwazzjoni preżenti li tidher li se ttul hi qrib tagħna aktar.
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi żied jgħid li l-Gvern irid jisma’ mingħand l-imsieħba soċjali, iżda rridu nkunu realistiċi u saqajna mal-art. Ma hemmx soluzzjonijiet maġiċi. Hu kompla jgħid li din hi problema gravissima u s-soluzzjonijiet għall-isfidi ekonomici jigu biss jekk “ilkoll kemm aħna nkunu kapaci nidentifikaw dawk l-oqsma fejn inkunu nistghu nagħmlu tajjeb għal dawk li jistghu jolqtuna ħażin.” Hu qal li lkoll flimkien irridu naraw x’inhuma dawk il-passi għaqlin li għandhom jittieħdu fiċ-ċirkostanzi prezenti u ta’ dawk li se jizviluppaw. Il-Prim Ministru kompla jgħid li l-għaqal jitlob li “l-Gvern u l-imiseħba soċjali niltaqgħu mingħajr ma nilludu ruħna x’inhuma l-isfidi, biex infasslu t-tweġibiet tagħna”.
Il-Prim Ministru fakkar li hekk kif bdiet il-kriżi fil-Libja hu mill-ewwel iltaqa’ ma’ gruppi ta’ investituri kbar u żgħar li esprimew ix-xewqa li jiltaqgħu miegħu.
Hu qal li l-ewwel fażi tal-kriżi bdiet b’ħidma qawwija, biex il-Maltin li riedu jitilqu mil-Libja jkunu jistgħu jiġu Malta, u pajjiżna għen ukoll cittadini ta’ pajjiżi oħra. Issa deħlin fil-fażi li naraw l-impatt ekonomiku u t-tweġibiet li hemm bżonn għalihom biex jiġu indirizzati l-isfidi quddiemna fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom.
Fil-bidu tal-laqgħa iċ-Chairman tal-MCESD Sunny Portelli rringrazzja lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u lill-Gvern ta’ kemm stinkaw u tal-ħidma li twettqet minn meta bidet il-krizi fil-Libja u tal-għajnuna li ngħatat biex min kien milqut sab il-mod kif jiġi lura f’pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en