Left arrow Go Back

WIRJA TA’ XOGĦOLIJIET ARTISTIĊI LI TIPPROMWOVI R-RIŻULTATI MIKSUBA MINN PROĠETTI KO-FINANZJATI MILL-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA (EEA) U L-MEKKANIŻMU FINANZJARJU TAN-NORVEĠJA (2004-2009)

pr0487
Date Icon 14/03/2011

Bħala parti minn kampanja nazzjonali ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni bil-għan li tippromwovi r-riżultati miksuba mill-proġetti ko-finanzjati mill-fondi mogħtija mill-Mekkaniżmu Finanzjarju taż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA) u l-Mekkaniżmu Finanzjarju tan-Norveġja (2004-2009), id-Dipartiment għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prioritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru inawgura wirja artistika ġewwa l-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u d-Djalogu Pubbliku, l-Onor. Dr Chris Said, fetaħ uffiċjalment il-wirja fil-preżenza ta’ Ms. Inger Stoll.  Ms. Stoll hija uffiċjal għoli mill-Uffiċċju ta’ dawn il-Mekkaniżmi Finanzjarji li jinsab fi Brussell.  Preżenti għall-ftuħ tal-wirja kien hemm ukoll rappreżentanti tal-PPCD, li huwa d-Dipartiment responsabbli mill-ġestjoni ta’ dawn il-fondi f’Malta, kif ukoll rappreżentanti tal-entitajiet li bbenefikaw minn dawn il-mekkaniżmi.

F’din l-wirja qed jiġu esibiti l-aħjar tnax-il biċċa xogħol artistika magħmulin minn studenti fil-livell sekondarju li jattendu skejjel differenti madwar Malta u Għawdex.  Bħala parti minn din l-kampanja, dawn l-istudenti żaru wieħed mill-proġetti, ingħataw informazzjoni dwar dawn il-mekkaniżmi finanzjarji u dwar il-proġetti nfushom, kif ukoll intalbu joħolqu tpinġijiet.

Permezz tal-mekkaniżmi finanzjarji tal-EEA u tan-Norveġja (2004-2009), Malta kisbet €3.6 miljun.  Dawn intużaw biex twettqu seba’ proġetti differenti f’Malta u Għawdex.  Dawn jinkludu t-tibdil strutturali rikjest mir-regolamenti ta’ Schengen fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta; xogħol fuq il-konservazzjoni tal-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni; u l-iżvilupp tal-Park ta’ Xrobb l-Għaġin li jinkludi Ċentru dwar l-Iżvilupp Sostenibbli.

Il-wirja ser tibqa’ miftuħa għall-pubbliku sat-Tnejn 11 t’April 2011, mit-Tnejn sal-Ħadd waqt il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-mużew.  Għal aktar informazzjoni dwar dawn l-mekkaniżmi wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku: www.ppcd.gov.mt/eeanorwegian.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow