Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JTEMMU Ż-ŻJARA F’SAN PAWL IL-BAĦAR

pr0483
Date Icon 12/03/2011

“L-għaqdiet volontarji huma element fis-soċjeta li ssaħħaħ d-demokrazija” – Dan qalu l-President George Abela meta dalgħodu flimkien mas-Sinjura Abela u akkumpanjat mis-Sindku Graziella Galea żaru l-lokalita` ta’ San Pawl il-Baħar.

Il-President Abela filwaqt li rringrazzja lir-residenti kif ukoll l-għaqdiet tal-lokal tal-merħba sabiħa li tawh, faħħar il-komunita’ ħajja u attivita b’saħħita li teżisti. Irrefera għal-laqgħa sabiħa li kellu din il-ġimgħa fejn iltaqa’ ma’ bosta NGOs u sema’ dwar ħidmiet fl-oqsma varji: soċjali, reliġjuża u sportiva fost l-oħrajn. Il-President qal li filwaqt li fiż-żminijiet tal-lum għad hemm pajjiżi sinjuri li iżda ma jħaddnux elementi bażiċi tad-demokrazija, pajjiżna mhux biss igawdi minn demokrazija b’saħħitha iżda wkoll din kulħadd jista’ jarha preżenti f’diversi oqsma tas-soċjeta’. L-għaqdiet volontarji, kompla jgħid, huma parti integrali ta’ din id-dimokrazija u jirrapreżentaw l-aspett soċjali u karrateristika importanti tal-poplu Malti.  Il-President Abela heggeg ukoll lill-ghaqdiet tal-festa lokali sabiex jahdmu lkoll flimkien u jghelbu kull divergenzi li jistghu jkollhom fil-hidma taghhom. Flimkien u bid-djalogu jisghtu jghelbu d-diffikultajiet u dan ghandu jwassal ghal gid komuni. 

Il-President Abela faħħar ukoll il-ħidma tal-Kunsill Lokali u ħeġġeġ lis-sindku u l-kunsilliera sabiex flimkien mal-għaqdiet jaħdmu biex jiddentifikaw każjiet ta’ individwi li huma fil-bżonn sabiex jitressqu quddiem il-Malta Community Chest Fund.

Il-President u s-Sinjura Abela dalgħodu attendew għall-quddies tal-Ħadd filgħodu fil-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar. Il-President Abela żar ukoll il-Każin tal-Għaqda Mużikali San Pawl fejn kien il-pjaċir tiegħu jinnota għadd ta’ żgħażagħ iddedikati li qed jitħarrġu fil-mużika fi ħdan l-għaqda. Is-Sinjura Abela iltaqgħet mas-sorijiet Franġiskan u Agostinjani. Iż-żjara ġiet fi tmiem fis-Sala tal-Parroċċa fejn il-President u s-Sinjura Abela setgħu jsegwu diversi wirjiet li juru l-karatteristiċi differenti tar-raħal. Dawn kienu jinkludu wirja tal-agrikoltura, oħra ta’ St. Peter’s Foundation, għaqda ta’ sajjieda li jaħdmu flimkien b’għan filantropiku u kif ukoll wirja ta’ ħobż lokali. Għall-wirja kien hemm ukoll bosta tjur kbar li jagħmlu parti minn Bird Park fil-lokalita’ kif ukoll wirja oħra dwar il-Heritage Trail li jinsab fix-Xemxija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow