Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr0482
Date Icon 13/03/2011

Il-Gvern se jaghlaq il-Power Station tal-Marsa minkejja x-xkiel li kien qed jaghmel il-Kap tal-Oppozizzjoni

Il-Power Station tal-Marsa se tinghalaq darba ghal dejjem.  Din se tinghalaq minkejja li l-Kap tal-Oppozizzjoni ghamel kampanja qalila biex ma ssirx l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara u issa qed jipprova johloq dubju dwar l-interconnector ma’ Sqallija. 

L-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara, flimkien mal-interconnector ma’ Sqallija, huma kruċjali biex tingħalaq il-Power Station tal-Marsa u b’hekk pajjiżna jista’ jgawdi minn kwalità tal-arja aħjar.

Li kieku għaddiet ta’ Joseph Muscat dwar Delimara, kien ifisser li l-Power Station tal-Marsa trid tibqa’ miftuħa.  L-estensjoni ta’ Delimara qed issir skont standards ewropej.

Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalita’ tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawza anqas ħsara fiz-zmien temporanju li baqghalha.   Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur.   

Dwar il-fuels, Joseph Muscat ukoll għażel li jibqa’ jirrepeti ineżattezzi biex iħawwad l-imħuħ.

Il-prezzijiet tal-fuels f’pajjiżna jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali li tixtri bihom l-EneMalta. L-aħħar kunsinna li xtrat l-EneMalta, kienet ogħla mill-kunsinna ta’ qabel u għalhekk din iż-żieda waslet għal ċaqlieq fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Malta. Pajjiżna mhux produttur tal-fuels u għalhekk għal din ir-riżorsi jiddependi mill-importazzjoni tagħha. Il-prezzijiet huma dettati minn sitwazzjonijiet internazzjonali inkluż minn dak li għaddej fil-Libja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow