Left arrow Go Back

DISKORS MINN FRANS BORG, CHAIRMAN TAL-PREMJU NAZZJONALI HADDIEM TAS-SENA 2011 – QAWRA – 12 TA’ MARZU 2011

pr0480b
Date Icon 12/03/2011

“ U l-Kotra qamet f'daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!

Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!” ”

Kien il-25 ta' Marzu 1945, meta waqt partita futbol bejn Malta  u t-tim Jugoslav ta' Hajduks li ntlagħbet fil-grawnd tal-Gżira il-banda daqqet l-innu tal-Jugoslavja, u wara l-innu tal-Gran Brittanja, minħabba li Malta kienet għadha stat kolonjali.

Izda n-nies qamu f’daqqa u ghajtu:

Lil din l-art ħelwa, l-Omm li tatna isimha,

Ħares, Mulej, kif dejjem Int ħarist:

Ftakar li lilha bl-oħla dawl libbist.

Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha,

Rodd il-ħniena lis-sid, saħħa 'l-ħaddiem:

Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.

Fis-27 ta' Diċembru 1922 indaqq għall-ewwel darba dak li fit-22 ta’ Frar 1941, proprju 70 sena ili,  kien dikkjarat l-Innu uffiċjal ta’ Matla. Innu-talba li fih il-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila  talab għall-ħaddiema b’saħħithom u imweġġħa minn min iħaddimhom.  Haddiema li jaqilgħu l-għixien tagħhom u ta’ familthom f’pajjiż imseddaq bl-għaqda u s-sliem.  Pajjiż li fih l-batut u ż-żgħir ikun imkwieżen, l-anzjan imwenes, l-persuna f’disbilita’ mogħnija bi dittijiet mhux pjaċiri, u ż-żagħżugħ  iħaddan l-għerf u t-tagħrif.  Soċjeta’ b’saħħitha mibnija fuq l-għaqal tax-xogħol u l-għaraq tal-ħaddiem. 

U nistaqsi.  X’valur għandu x-xogħol?  Ix-xogħol hu u jibqa’ attivita’ tajba mhux biss għaliex hu ta’ siewi fih innifsu imma għax  jagħti dinjita’ lill-ħaddiem li jwettaq ħidmietu kuljum.  Bix-xogħol ma jinbidilx  biss pajjiż iżda jinbidel u jissaħħaħ  l-individwu. 

Ix-xogħol  hu dritt uman. Hu l-ħidma ta’ individwi u għalhekk ma għandu qatt jitqies biss  bħala mezz kif wieħed   jistana’, l-aktar u aktar minn fuq għajru.  Il-ħaddiem mhux biċċa għodda, li tuza’ u tuża’ sakemm teqdiem u tgħarmiha kif l-użu tagħħha jnin.  Il-ħaddiem hu valur fih innifsu, u ghalhekk il-valur tax-xogħol irid jisseddaq u jitwaħħad mal-valur tal-ħaddiem.  It-tnejn huma l-uċuh tal-istess munita.   Il-valur tax-xogħol ma jitqies biss fuq il-ħidma imwettqa imma fuq il-persuna li qed twettaq din il-ħidma.    Ix-xogħol hu għall-ħaddiem u mhux il-ħaddiem għax-xogħol.  Ejjew ma npoġġux il-karru qabel il-ħmar għax  hu l-ħaddiem li jgħodd.

Ix-xogħol inbidel u żviluppa mal-mgħodija taż-żmien imma l-ħaddiem baqa’ ħaddiem kemm jekk  jilgħeġ fix-xemx jew komdu taħt l-arja ikkondizzjonata.  U nħoss li hu dover tagħna lkoll li nieqfu kontra kull irregolarita’ etika jew soċjali fuq il-bank tax-xogħol.  Il-ħaddiem mhxu għar-rimi.    Kienu proprju dawn l-irregolaritajiet, trattament degradanti, esplojtazzjoni, nuqqsas ta’ sigurta’ u ħlass bil-loqom li matul is-sekli mgħoddija,  mbuttaw  lill-ħaddiema biex ġustament jingħaqad għalenija biex jieħdu dak li hu tagħhom bi dritt. Ta’ qabilna għexu l-qawmien tal-movimenti tredjunjonisti, jien għixt is-Solidarnox.

Kienet din is-solidarjeta’ li b’ilgri ġabet bidliet qawwija favur kundizzjonijiet aħjar, pagi diċenti u legislazzjoni soċjali.  Il-kaz li l-ħmar beda tassew jitqiegħed quddiem il-karettur, fejn għandu jkun.   

.Ħarisna lejn ix-xogħol u l-ħaddiem.  Ippermettuli nitfa’ issa ħarstti ftit ‘l hinn, lejn il-familja tal-ħaddiem li jikber u jisseddaq fi ħdana.  Ix-xogħol hu  blatt samm li fuqu tinbena familja, l-għajn li  tnixxi ulied.    L-ulied l-ewwel iridu l-pappa imbagħad  l-umpappa.  U għalhekk il-familja hi l-perm ewlieni  li tkabbar l-etika tax-xogħol bħal ma għandha tissaħħaħ ir-rieda ta’ dawk li wara l-ħolqien tax-xogħol jaraw il-persuna u lil familtu.  Inkomplu nimirħu u nħarsu lejn il-familja f’kuntest aktar wiesa  Il-familja hi parti minn soċjeta’, minn nazzjoni, il-benniena ta’ kull għerf u tagħlim, tal-valuri li jmexxu ġenerazzjonijiet sħah ‘il quddiem f’mixja storika u kulturali.  Familja b’saħħitha tħaddan soċjeta’ b’saħħitha. Fejn il-familja tnin, titmermew il-fibra ta’ l-istess socjeta’.  Imbagħad tassew ngħixu l-vers:  Ibku lilkom u lil uliedkom.    Kulħadd hu parti minn socjeta’, u kulħadd għandu r-responsabilta’ individwali u kollettiva li  jimbotta  liċ-ċivilta’ ‘l quddiem.  Kos kemm kellu raġun min tenna li għandna nfittixu x’se  nagħtu mhux x’se nijeħdu mis-socjeta’ li ddawwarna. L-altruiżmu jisboq bil-kbir l-egoismu.     

U nerġa għall-ħaddiem.  Mhux veru li l-ħaddiem onest jagħma u jiġri wara flus li jiġbor mix--xogħol.  Dan iva hu importanti u meħtieġ. Imma l-ħaddiem bieżgħel ifittex li jingħata l-ispazju biex jaqsam ir-responsabilta’ tal-proċess tax-xogħol.  Ix-xogħol isir parti vitali  minn ħajtu, mill-personalita’ tiegħu li la tinxtara u l-anqas tinbiegħ.  Iva, nemmen li l-ħaddiem jimpurtah mil-lant tax-xogħol tiegħu u jekk jitħalla jagħmlu tiegħu.  Rajt ħaddiema imbikkija għax neżzżawlhom  dan l-orgolju.  Aktar ma l-ħaddiem  jingħata responsabilta’, dinjita’ u għarfien  aktar jagħti il-mija fil-mija tiegħu. 

Hu obbligu ta’ kull Stat li joħloq xogħol u xogħol aħjar għal dawk kollha li jridu u jifilħu jaħdmu u li jaħdem sfiq ħa jġib fijx-xejn in-nuqqas ta’ xogħol.  Iżda sakemm dan iseħħ l-Istat irid iwieżen lil min ġenwinament qed ifittex ix-xogħol u jrażżan lil min b’kull mezz jipprova jabbuża. L-istess irid jara li joħloq opportunitajiet ta’ taħrig  biex mhux biss ikollna ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol imma jkonna ħaddiema impejegabbli..  Ix-xogħol hu obbligu  u dritt.

Hu dritt ukoll li wieħed jissieħeb f’għaqdiet tal-ħaddiema. Għaqdiet li jiġġildu għal ġustizzja soċjali, ġlieda favur il-ġid kumnuni aktar milli ġlieda kontra  min joħloq ix-xogħol.  L-għan ta’ kull għaqda tal-ħaddiema trid tkun  li  teqred l-inġustizzja mhux lin-naħa l-oħra.  Ix-xogħol għandu jgħaqqad lin-nies mhux il-kontra.  U anke jekk l-ħaddiema jingħaqdu biex flimkien jħarrsu l-interessi tagħhom , dan ma għandu qastt ifisser, jekk mhux sitwazzjonijiet  straordinarjii, li l-għaqda tal-ħaddiema  tbarri r-rwol tagħha li tħares l-ordni Socjali u s-solidarjeta’.   Il-qagħda ekonomika tal-pajjiz u tal-intrapiżza jgħoddu.  Nemmen li ħadd ma għadnu għamad fuq għajnu. 

Ma nistax ninsa lill-persuni b’disabilita’ li għandu jkollhom drittijiet mhux pjaċiri, persuni li jistħoqqilhom kull support sabiex igawdu l-ħajja ekonomika u soċjali bl-aħjar mod possibli.  Ma għandna qatt niddiskrimkinaw favur min naħsbu li  hu b’saħħtu u nbbarru oħrajn li jidrilna  li ma jistgħux jagħtuna l-mija fil-mija.  Ħadd hu għar-rimi.  Jekk nagħmlu hekk inkunu biss qegħdin inpoġġu l-qligħ qabel il-persuna.  Tali persuni bi dritt jitolbu paga ġusta, il-possibilta’ li jkomplu jimxu ‘l quddiem fil-karriera, it-tneħħija ta’ kull xkien.  Iridu jħossuhom tassew li huma ħaddiema utli fuq il-post tax-xogħol tagħhomu jaghtu s-sehem shih taghhom, u fis-socjeta’ in generali.  Huma wkoll għandhom dritt  jikbru fil-personalita’ tagħhom u fil-qafas tal-familji tagħħom.  Intenni bi dritt mhux bi pjaċir. 

Hekk biss nibnu soċjeta, inklussiva, socjeta b’saħħitna fejn int u jien ngħixu u mhux neżistu flimkien.  Socjeta’ il-ħakkiem hu  mimli dehen, is-sid ħanin, il-ħaddiem b’saħħtu u stmat u  l-maltin imseddqa fil-għaqda u s-sliem.

Grazzi. Grazzi ħafna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow