STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Id-decizjonijiet fil-qasam tal-energija qed isiru biex titjib il-kwalita tal-arja f'pajjizna
L-Oppozizzjoni li qed tipprova xxekkel il-progett ta' Delimara li se jghin biex tinghalaq il-Power Station tal-Marsa
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jfakkar li hi bid-deċiżjoni tal-Gvern li jinvesti f’estensjoni tal-Power Station f’Delimara, proġett li l-Oppożizzjoni ppruvat tkisser akkost ta’ kollox, u bl-investiment fl-interconnector ma’ Sqallija, li l-Gvern se jaghlaq darba ghal dejjem il-Power Station tal-Marsa.
Il-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fi kwalità tal-arja aħjar. Minkejja li l-Power Station tal-Marsa se tingħalaq u b’hekk titjieb il-kwalita’ tal-arja u jitjieb l-ambjent, il-Gvern xorta qed jinvesti fiha biex tikkawza anqas ħsara fiz-zmien temporanju li baqghalha. Dan qed isir b’inizjattivi li jkomplu jnaqqsu l-emissjonijiet, fosthom bl-użu ta’ fuel li fih anqas sulphur. Dan hu ta’ gid ghas-sahha tal-poplu u specjalment tar-residenti tal-Marsa u l-inhawi tal-madwar.
Il-Gvern qieghed jahdem biex jaghlaq il-Power Station tal-Marsa illum qabel ghada kif wieghed.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni pruvat u għadha tipprova xxekkel l-investiment f’Delimara li se jkun kontributur importanti biex tingħalaq il-Marsa, il-Gvern qed jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet u jinvesti fl-infrastruttura li tipprovdi kwalità tal-arja aħjar għall- familji Maltin.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en