Left arrow Go Back

JINGĦATA L-PREMJU ANZJAN TAS-SENA 2010

pr1886
Date Icon 15/10/2010
Is-Sur JohnDebono, voluntier fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ, huwa r-rebbieħ tal-Premju Anzjan tas-Sena 2010.  Hu ġie ppreżentat b’dan il-premju waqt serata li saret fis-Sala tal-Gran Kunsill, il-Palazz tal-President il-Belt Valletta.
Dinkienet is-17-il edizzjoni tal-Premju u għalih kien hemm 25 nominazzjoni ta’ anzjani li jagħmlu xogħlijiet varji, prinċipalment fil-volontarjat f’pajjiżna.
Is-SurDebono, li għandu 67 sena, ġie ppreżentat bi premju tal-ħġieġ fil-forma ta’ ktieb, li jissimbolizza l-esperjenza li l-anzjani iġorru magħhom.  Il-premju, li nħadem apposta għal din l-edizzjoni, ġie maħdum mis-Sur Jean Paul Chetcuti.
Il-Bordtal-Għażla kien magħmul mill-Professur Mario Vassallo bħala Chairperson, u l-membri s-Sur Publius Abdilla, Brother Martin Borg, is-Sinjura Valerie Ferriggi, is-Sinjura Lilian Miceli Farrugia, is-Sinjura Josephine Mifsud u s-Sur Trevor Zahra.  Is-Segretarja tal-Bord kienet is-Sinjorina Catherine Brincat.
Il-Premju Anzjan tas-Sena huwa organizzatmis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ

PR261998

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jż...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetizzjoni Ewropea tat-Taekwondo b’parteċipazzjoni ta’ atleti minn diversi pajjiżi

PR261997

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetiz...

More Press Releases Right arrow