Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

pr1685
Date Icon 04/10/2009

Ir-rapporti ta’ reati kriminali naqsu b’aktar minn erbat elef fl-aħħar tliet snin

In-numru ta’ rapporti ta’ reatikriminali li naqas b’4,658 bejn is-sena 2005 u s-sena 2008, jiġifieri tnaqqis ta’ 25.2% fir-rata ta’ kriminalità rappurtata tul l-istess żmien.
Statistika miġburagħall-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u preżentata fil-Parlament, turi li fis-sena 2004 kienu daħlu 18,461 rapport għand il-Pulizija. Fis-sena 2008, dawn ir-rapporti kienu jlaħħqu it-13,803.
L-akbar tnaqqis jirriżulta liseħħ fir-rapporti dwar serq u ħsara fuq propjetà. I-Ir-rapporti ta’ serq biss naqsu b’aktar minn 3,000 fil-perijodu imsemmi. Fl-istess żmien ġiet irreġistrata żieda marġinali fir-rapporti relatati ma’ frodi u droġa, fost oħrajn.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja ul-Intern jqis dan ir-riżultat bħala wieħed pożittiv speċjalment meta dan jitqabbel ma’ statistika simili ta’pajjiżi u bliet oħra fl-Unjoni Ewropea, u huwa wieħed li jgħamel ġieħ lill-uffiċċjali tal-Pulizija Maltin.
Il-Gvern ser jibqa impenjat lijsostni l-Korp tal-Pulizija fil-ħidma tiegħu, kemm billi jgħatih l-għodda legali u materjali sabiex jiġġieled il-kriminalità, kif ukoll billi jsaħħaħ ir-riżorsi umani fi ħdan il-Korp. Dwar dan, ta’ min ifakkar li mal-mitt rekluta ġdida ser tibda bit-taħriġ tagħha fl-Akkademja tal-Pulizija nhar l-Erbgħa, 7 t’Ottubru.
Il-Gvern, filwaqt li jħeġġeġlill-Pulizija sabiex jibqgħu għaddejjin bil-ħidma sfiqa tagħhom bl-istess ritmu tal-aħħar snin, jħeġġeġ ukoll lill-pubbliku biex ikompli jgħati kontribut importanti tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalità billi jgħaddi l-informazzjoni li jkollu dwar reati kriminali lill-forzi tal-ordni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow