MILL-PREISTORJA SAL-ERA DIGITALI – ATTIVITÀ TAL-KUNSILL LOKALI QRENDI
pr1677
02/10/2009
| Il-Kunsill Lokali Qrendi bil-kollaborazzjoni | tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qed jorganizza l-attivita` kulturali ’Mill-Preistorja sal-Era Diġitali’ bejn l-Erbgħa 14 u l-Ħadd 18 ta' Ottubru 2009. |
| L-attivitajiet matul il-firxa ta’ ħamest ijiem | ser ikunu varjati. L-avveniment jibda bi ftuħ ta' wirja artistika b’tema storika u kulturali specjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-raħal tal-Qrendi. F’din il-wirja li ser tinfetaħ mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, ser ikunu qed jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom madwar 24 artist li uħud minnhom huma wkoll mir-raħal tal-Qrendi. Din il-wirja artistika tibqa' miftuħa sal-Ħadd f’nofsinhar. |
| Il-Ħamis 15 ta' Ottubru ser issir taħdita | fl-Iskola Primarja tal-Qrendi dwar it-Tempji Preistoriċi ta' Hagar Qim u l-iMnajdra, dwar it-tibdil storiku li għadda minnu l-Qrendi matul is-snin kif ukoll dwar l-aspett religjuż tiegħu. Il-kelliema fil-panel ser ikunu Dr. Reuben Grima, Dr. Alexander Norton Welsh u s-Sur Tony Terribile. |
| Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-Kunsill Lokali | ħaseb biex filgħodu jagħmel attivita` mal-istudenti tal-iskola primarja Filippu Żammit u l-iskola speċjali Helen Keller. Dawn iż-żewġ skejjel ser jingħaqdu flimkien biex ikomplu jkabbru l-idea ta' inklussivita` u jagħmlu żjara lit-Tempji ta' Ħagar Qim u l-iMnajdra. Wara jkollhom ċans jitkellmu ma' rappreżentanti tal-WasteServ Malta Ltd dwar is-separazzjoni tal-iskart. |
| Filghaxija mbagħad, fis-7:30pm, ser immorru lura | fiż-żmien u jsir re-enactment ta' Tieġ Malti madwar it-toroq li jinsabu fil-qalba tar-raħal li ser ikunu mżejna miż-żewġ Soċjetatjiet tal-festi li nsibu fil-Qrendi. Wara dan ir-re-enactment issir Lejla Maltija fil-pjazza quddiem il-Knisja Parrokjali. |
| Is-Sibt 17 ta' Ottubru ser issir Cantata | fil-Knisja Parrokjali bl-isem Irjieħ fil-Qolla fuq lirika ta' John Buttiġieġ u bis-sehem tal-Kor Sine Macula u l-Kor Magnificat. Cantata li ser teħodna minn żmien il-preistorja sa llum, l-era digitali. |
| Il-Ħadd 18 ta' Ottubru ser issir quddiesa | fl-10am fejn fiha jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-Parroċċa kollha u l-attivitajiet jagħlqu fis-2pm. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987