AVVIŻ PRELIMINARI DWAR IS-SEBA’ SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-PROGRAMM OPERATTIV I, FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
| It-total indikattiv tal-allokazzjoni | finanzjarja huwa ta’ €24 miljun |
| L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni f’Malta | għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li dalwaqt ser tniedi sejħa ġdida għal proposti ta’ proġetti li ser ikunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. Applikanti eleġibbli ser ikunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqaw taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittivita’ għall-Kwalita’ ta’ Ħajja Aħjar’. |
| Is-settur taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li ser | ikun miftuħ għal din is-sejħa huwa: |
| • L-ENERĠIJA – sejħa ristretta | għall-azzjonijiet li jtejbu l-kwalita’ tal-arja permezz ta’ interventi biex jonqos l-inkwinament tal-ambjent ikkawżat minn impjant li jiġġenera l-elettriku. Il-proposti li ser jintbagħtu taħt din is-sejħa, li ser tiftaħ ma ddumx, għandhom jimmiraw li jnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni tal-elettriku. It-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja: €24 miljun ta’ spiża totali eliġibbli u li f’kwalinkwe każ ma jaqbisx il-€25 miljun fi spiża TOTALI (jiġifieri eliġibbli u mhux eliġibbli). Is-sejħa qed tkun ristretta sabiex tilħaq dawk l-oġġettivi u l-miri taħt l-Assi ta’ Prijorita’ 4 li s’issa kienu għadhom ma ġewx indirizzati. |
| Din is-sejħa mhux miftuħa għall-proposti li | jindirizzaw l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija (avviż preliminari ieħor li jindirizza l-Enerġija minn Sorsi li Jiġġeddu u l-Effiċjenza tal-Enerġija ser joħroġ aktar ‘il quddiem). |
Applikanti prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. It-tnedija tas-sejħa nnfisha ser tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin permezz ta’ stqarrija għall-istampa u fuq is-sit elettroniku tal-PPCD www.ppcd.gov.mt/calls_all Il-formoli tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni relatata mas-sejħa ser ikunu aċċessibbli fuq dan l-istess sit. Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.ppcd.gov.mt jew mis-Servizz ta’ Għajnuna online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt.
Dan l-avviż preliminari qed jingħata sabiex applikanti prospettivi jkollhom żmien addizzjonali għat-tħejjija tal-proġetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987