STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1672
02/10/2009
| IR-RAPPORT TAL-UFFIĊĊJU TAL-AWDITUR | ĠENERALI DWAR INVESTIGAZZJONI DWAR ALLEGATI IRREGOLARITAJIET B’RABTA MAL-IMPJANT TA’ RIĊIKLAĠĠ F’SANT’ANTNIN, MARSASKALA - TENDER MAĦRUĠA MINN WASTESERV MALTA LIMITED |
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali jirreferi għar-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali dwar investigazzjoni fuq allegati irregolaritajiet b’rabta mal-impjant ta’ riċiklaġġ f’Sant’Antnin, Marsaskala. Il-Ministeru jirreferi wkoll għall-kjarifika maħruġa mill-kumpanija WasteServ Malta Ltd. |
| Fid-dawl ta’ dan, il-Ministeru jtenni li l-proċess | li wassal għall-permess biex jiġi modernizzat l-impjant ta’ Sant’Antnin minn fondi Ewropej u tal-Gvern Malti kien wieħed trasparenti u skond il-liġi. Għaldaqstant, il-Ministeru jikkonferma li għall-kuntrarju ta’ dak li allega d-Deputat Owen Bonnici ma kien hemm l-ebda tberbiq ta’ fondi pubbliċi. |
| Din hija konferma oħra maċ-ċertifikat li | ngħata l-impjant mill-Kummissjoni Ewropea li l-l-proċess kollu mexa skond il-liġi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987