IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN JINAWGURA ESEBIZZJONI ARTISTIKA
pr1663
01/10/2009
| Il-Viċi Prim Ministru u Ministru | tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Tonio Borg inawgura wirja fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin li titratta xogħlijiet tal-arti magħmula minn impjegati u eks-impjegati ta’ dan il-Ministeru. F’din l-esebizzjoni qed jitpoġġew għall-wiri wkoll xogħlijiet tal-Melitensia. |
| L-esebizzjoni tinkludi fost affarijiet oħra | xogħlijiet ta’ pittura, fotografija, ganutell u għadd ta’ pubblikazzjonijiet. |
| Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg stqarr li l-għan | ta’ din l-esebizzjoni huwa li jintbagħat messaġġ ċar li l-Ministeru se jkun qed ikompli jippromwovi l-kultura u l-identita’ Maltija barra minn Malta. Sostna li l-kreattivita’ u l-innovazzjoni huma ċ-ċavetta sabiex jinstabu mezzi ġodda biex il-popli madwar id-dinja jkompli jimxu ‘l quddiem u jkollna futur dejjem aħjar. Għaldaqstant l-arti u l-kultura huma mezzi sabiex pajjiż ikun iktar kreattiv u innovattiv. |
| Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio | Borg sostna li Malta għandha wirt kulturali uniku u imprezzabbli li jmur lura għal eluf ta’ snin b’wirt li ħallewlna missirijietna. “Huwa ta’ inkoraġġiment li nosservaw kif l-arti u l-kultura qiegħda kull ma jmur tingħata iktar importanza anki fil-gżejjer Maltin. Għaldaqstant bħala Ministeru ridna wkoll nagħtu kontribut biex insostnu l-kreattivita’ artistika. Ta’ min isemmi li matul is-sena, l-Ambaxxati Maltin jagħtu importanza kbira lill-kultura Maltija barra minn Malta, tant li jorganizzaw diversi attivitajiet artistiċi u kulturali matul is-sena. Dan l-eżerċizzju jgħin biex inkomplu nsaħħu l-identita’ Maltija barra minn Malta”. |
| L-Esebizzjoni artistika qed tittella fis-Sala | Pardo fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Palazzo Parisio, Triq il-Merkanti il-Belt Valletta. Il-wirja tkun miftuħa sad-9 ta’ Ottubru bejn it-8.00 a.m. u l-5.30 p.m. Is-Sibt 3 t’Ottubru, l-esebizzjoni tibqa miftuħa sas-1.00 a.m. fl-okkażjoni tan-Notte Bianca. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987