Ħames assistenti ġudizzjarji ġodda jirċievu l-warrant
pr1662
01/10/2009
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar ippreżenta l-warrants lil ħames assistenti ġudizzjarji ġodda li ser jibdew jaħdmu fir-rwol tagħhom mal-ġudikatura fuq bażi part-time.
| F’diskors qasir qabel il-preżentazzjoni, | il-Ministru Mifsud Bonnici feraħ lill-ħames assistenti ġudizzjarji ġodda għal dan il-pass li qed jieħdu. Hu żied jgħid illi ċerti drabi, il-membri tal-ġudikatura ġodda jinħatru fost dawk li jkunu servew ta’ assistenti ġudizzjarji. |
| “Ix-xogħol ta’ assistent ġudizzjarju huwa | importanti għax dan jissarraf ukoll f’taħriġ importanti għall-avukat peress li dan ikun qed jgħin lill-ġudikant fil-ħidma tiegħu, kif ukoll sabiex jifhem aħjar ix-xogħol tal-ġudikant innifsu. |
| “Barra minhekk l-assistant ġudizzjarju | effettivament isaħħaħ ix-xogħol tal-Awla għax l-iskrutinju li jagħmel għall-ġudikant jgħin sabiex ix-xogħol fl-Awla jitħaffef u jsir iktar effiċjenti. Ta’ spiss ninnutaw li Awli li jkollhom assistenti ġudizzjarji tajbin ikollhom riduzzjoni fil-kawżi pendenti, speċjalment f’dawk il-kawżi li m’għandhomx bżonn daqshekk attenzjoni,” qal il-Ministru. |
| Il-Ministru żied jgħid li l-aħħar age | analysis li saret tal-kawżi li jidħlu fil-Qrati turi li l-età ta’ 55% tal-kawżi hija viċin it-tliet snin. Dan huwa wkoll mertu tal-ħidma tal-assistenti ġudizzjarji li qed jiffaċilitaw u jħaffu l-proċess ġudizzjarju. |
| Il-Ministru Mifsud Bonnici temm billi feraħ | lill-assistenti ġudizzjarji ġodda u awguralhom li jkunu kburin bil-privileġġ ġdid tagħhom li jkunu strument tal-ġustizzja. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987