Left arrow Go Back

Ħames assistenti ġudizzjarji ġodda jirċievu l-warrant

pr1662
Date Icon 01/10/2009

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, illum wara nofsinhar ippreżenta l-warrants lil ħames assistenti ġudizzjarji ġodda li ser jibdew jaħdmu fir-rwol tagħhom mal-ġudikatura fuq bażi part-time.

F’diskors qasir qabel il-preżentazzjoni,il-Ministru Mifsud Bonnici feraħ lill-ħames assistenti ġudizzjarji ġodda għal dan il-pass li qed jieħdu. Hu żied jgħid illi ċerti drabi, il-membri tal-ġudikatura ġodda jinħatru fost dawk li jkunu servew ta’ assistenti ġudizzjarji.
“Ix-xogħol ta’ assistent ġudizzjarju huwaimportanti għax dan jissarraf ukoll f’taħriġ importanti għall-avukat peress li dan ikun qed jgħin lill-ġudikant fil-ħidma tiegħu, kif ukoll sabiex jifhem aħjar ix-xogħol tal-ġudikant innifsu.
“Barra minhekk l-assistant ġudizzjarjueffettivament isaħħaħ ix-xogħol tal-Awla għax l-iskrutinju li jagħmel għall-ġudikant jgħin sabiex ix-xogħol fl-Awla jitħaffef u jsir iktar effiċjenti. Ta’ spiss ninnutaw li Awli li jkollhom assistenti ġudizzjarji tajbin ikollhom riduzzjoni fil-kawżi pendenti, speċjalment f’dawk il-kawżi li m’għandhomx bżonn daqshekk attenzjoni,” qal il-Ministru.
Il-Ministru żied jgħid li l-aħħar ageanalysis li saret tal-kawżi li jidħlu fil-Qrati turi li l-età ta’ 55% tal-kawżi hija viċin it-tliet snin. Dan huwa wkoll mertu tal-ħidma tal-assistenti ġudizzjarji li qed jiffaċilitaw u jħaffu l-proċess ġudizzjarju.
Il-Ministru Mifsud Bonnici temm billi feraħlill-assistenti ġudizzjarji ġodda u awguralhom li jkunu kburin bil-privileġġ ġdid tagħhom li jkunu strument tal-ġustizzja.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow