55,297 IKLA PERMEZZ TAS-SERVIZZ MEALS ON WHEELS
pr1660
01/10/2009
| Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Anzjan, is-Segretarju | Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità l-Onor Mario Galea wassal ikla mis-servizz tal-Meals on Wheels lis-Sinjuri Buttiġieġ f’Wied il-Għajn. |
| Waqt li ltaqa’ mal-koppja anzjana, Mario | Galea spjega kif din il-koppja hija eżempju ta’ kemm is-servizzi fil-komunità qed jgħinu sabiex l-anzjani jibqgħu jgħixu f’darhom. Fil-fatt, il-koppja Buttieġieġ ilha tużà s-servizz tal-Meals on Wheels għal diversi snin. |
| Is-Sinjuri Buttiġieġ qalu li dan is-servizz | jiffrankalhom il-bżonn li joqogħdu jsajru u x-xogħol relatat mat-tisjir, bħax-xiri kontinwu ta’ ingredjenti. Is-Sinjura Gaetana Buttiġieġ spjegat ukoll il-faċilità tas-servizz tal-handyman, li l-koppja wkoll tuża ta’ spiss. |
| Is-Sinjuri Buttiġieġ irringrazzjaw lill-koki | li kienu wkoll preżenti. |
| Minn Jannar sa issa tqassmu 55,297 ikla | permezz tas-servizz Meals on Wheels. Din hija żieda ta’ 7,030 ikla fuq l-istess xhur tas-sena li għaddiet. |
| Id-Direttriċi tad-Dipartiment tal-Anzjani u | Servizzi fil-Komunità, Stephanie Xuereb, irringrazzjat lill-koki u lix-xufiera li jkun x’ikun it-temp u rrelevanti jekk hux festa jew le jagħmlu l-almu tagħhom biex is-servizz jitwassal bl-aħjar mod possibbli. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987