Left arrow Mur Lura

STEDINA BIEX IL-PUBBLIKU JŻUR PALAZZO CASTELLANIA

pr1655
Date Icon 01/10/2009
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani uKura fil-Komunita’ qiegħed jistieden lill-pubbliku sabiex waqt l-attivita’ Notte Bianca, iżur Palazzo Castellania fi Triq il-Merkanti li se jkun miftuħ għall-pubbliku waqt din l-attivita’.
Palazzo Castellania inbena fl-1760, bl-iskopspeċifiku li jassigura li ssir ġustizzja ma’ kulħadd. Fit-18 ta’ Novembru tal-istess sena, iċ-ċelel tal-palazz laqgħu fihom l-ewwel priġunieri. Fost dawk li nżammu priġunieri fil-palazz kien hemm ukoll Mikiel Anton Vassalli.
Filwaqt li l-pubbliku se jkun jista’ jżurdawn iċ-ċelel, l-attrazzjoni priċipali hija s-sala fl-ewwel sular li kienet isservi bħala Qorti tal-Ġustizzja. Il-Bini baqa’ jservi bħala Qorti tal-Ġustizzja sal-1853.
Matul l-aħħar ħamsin sena tas-seklu dsatax,il-bini ġie użat bħala skola sekondarja, uffiċini, u kwartieri ġenerali tas-St. John Ambulance Association. Aktar tard il-bini ġie definit bħala l-kwartieri ġenerali tad-dipartiment tas-saħħa.
Matul dan il-perijodu, eżattament fl-1905 SirThemistocles Zammit għamel studju dwar il-mikrobu tad-deni rqiq u stabilixxa s-sors tal-infezzjoni u kif tiġi mgħoddija lill-bniedem mill-mogħoż. Din ir-riċerka saret f’laboratorju ta’ kamra waħda, li jinsab fuqnett tal-Palazz, u li se jkun miftuħ għall-pubbliku.
Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani uKura fil-Komunita’ se joffri wkoll informazzjoni dwar is-servizzi għall-Anzjani, l-Kura tas-Saħħa Mentali u anke l-Influwenza A H1N1 fl-istess palazz. Professjonisti mill-oqsma differenti se joffru l-informazzjoni meħtieġa matul l-attivita’.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

Aktar Stqarrijiet Right arrow